Jeffrey Epstein iffirma t-testment jumejn qabel miet

  • Aww 21, 2019 18:15
  • Miktub minn iNews
"

    Midja Amerikana qiegħda tirrapporta li Jeffrey Epstein iffirma t-testment tiegħu jumejn qabel neħħa ħajtu b’idejh f’ħabs fi New York. 

    Id-dokumenti li ġew ippreżentati fil-US Virgin Island jivvalutaw l-ġid ta’ Epstien għal $577 miljun. Dan id-dokument iżda ma jagħti l-ebda ismijiet tal-benefiċċjarji.

    Epstein miet hekk kif kien qiegħed il-ħabs jistenna li jgħaddi ġuri minħabba traffikar tas-sess u anke minħabba akkużi ta’ konspi­razzjoni. L-eżaminatur mediku fi New York kien ikkon­kluda li Epstien miet “b’suwiċidju permezz ta’ tgħalliq”. Il-katavru ta’ Epstein, li kellu 66 sena, kien instab fl-10 ta’ Awwissu. 

    Min-naħa tiegħu, l-akkużat kien wieġeb mhux ħati tal-akkużi li tressqu fil-konfront tiegħu. Huwa kien qiegħed jiffaċċja sentenza ta’ 45 sena ħabs. 

    Epstien kien twieled fi New York u kien beda jaħdem bħala għalliem, sakemm imbagħad daħal fid-dinja finanzjarja. Qabel l-akkużi li tressqu fil-konfront tiegħu, hu kien magħruf għall-ġid u anke għall-ħbieb importanti li kellu. Hu kien ħafna drabi jidher jissoċjalizza mas-sinjuri u dawk li jgawdu ċertu poter fosthom il-President Amerikan attwali Donald Trump, l-eks-President Bill Clinton kif ukoll il-Prinċep Andrew tar-Renju Unit.  

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0