Hamrun Spartans jippreżewtaw l-iskwadra għall-istaġun 2019/20

  • Aww 22, 2019 00:48
  • Miktub minn iNews
"

    F’konferenza tal-aħbarijiet, Hamrun Spartans ippreżentaw l-iskwadra għal dan l-istaġun li propjru jingħata bidu għalih għada.

    Matul l-istaġun li għadda, l-Ispartans temmew fir-raba’ post tal-klassifika u kienu ferm viċin li jiksbu post fil-UEFA Europa League wara staġun ferm pożittiv.

    F’dan l-istaġun, it-team se jkun immexxi mill-coach Taljan, Manuele Blasi, li se jieħu post Giovanni Tedesco li ngħaqad ma’ Gzira United.

    Blasi għandu 38 sena u  fil-karriera tiegħu, fil-pożizzjoni ta’ midfielder,  kien jilgħab ma’ diversi timijiet rinomati fost­hom Roma, Napoli, Juventus, Parma u Lecce. Qabel ma rtira hu lagħab fil-kampjonat Indjan ma’ Chennaiyin FC.

    Hamrun Spartans bidlu xi elementi mill-iskwadra tal-istaġun preċedenti billi akkwistaw lill-attakkant Valdo Alinho, il-midfielder Marokkin Souflane Lagzir, id-difensuri Taljani Mattia Cinquini u Manuel Maraucci kif ukoll lill-goalkeeper Malti Jean Claude Debattista. Fl-aħħar sigħat huma kisbu wkoll il-firma tal-midfielder veteran, Clayton Failla, mingħand Birkirkara.

    F’din il-konferenza tal-aħbarijiet tkellmu d-direttur sportiv Antonio Governucci, il-coach Manuele Blasi, il-captain Triston Caruana kif ukoll il-viċi-president, Gejtu Debattista.

    Is-Sur Governucci qal li Hamrun Spartans huwa club glorjuż li għandu storja kbira speċjalment b’dak li kiseb fis-snin 80. Fl-istaġun li għadda, it-team kien pass bogħod milli jikseb post fil-UEFA Europa League iżda minħabba li Balzan rebħu l-FA Trophy ma setgħux jagħmlu dan.

    Huwa rringrazzja lil Gaetano Farrugio u lil Giovanni Tedesco li fl-istaġun li għadda għamlu xogħol kbir u fejjiedi għat-team. Id-direttur sportiv tal-Ispartans sostna li xtaqu jikkonfermaw xi players Maltin li impres­sjonaw ferm f’dan il-pre-season filwaqt li ammetta li jinsab kuntent bil-grupp.

    Din l-istess skwadra qed tkun professjo­nali mmens u bix-xogħol li sar, il-players jinsabu lesti għall-ewwel konfront li għandhom fil-kampjonat kontra Gzira United.

    Huwa wiegħed li kollha se jimpenjaw ruħhom biex ikollhom kampjonat pożittiv u fuq kollox itejbu l-pożizzjoni li kisbu fl-istaġun li għadda.

    Finalment, is-Sur Governucci faħħar ix-xogħol li għamel matul dawn ix-xahrejn l-istess Blasi u jinsab fiduċjuż ħafna fil-kapaċitajiet tiegħu.

    Huwa appella lill-partitarji kollha ta’ Hamrun Spartans sabiex jagħtuhom is-sapport meħtieġ għax huma kapaċi jkunu t-12-il player fil-groud.

    Min-naħa tal-coach Blasi, huwa stqarr li din se tkun l-ewwel esperjenza tiegħu jmexxi team tal-football u jinsab ħerqan biex jibda din l-avventura bl-aktar mod pożittiv.

    Hu qal li jinsab onorat li qed imexxi club daqstant glorjuż u kburi li qed ikun parti minn din l-iskwadra tant magħquda. Huwa wiegħed lill-partitarji li se jagħtihom ħafna sodisfazzjon u mal-players tiegħu qed jaħdem biex ikollhom kampjonat pożittiv. Hu rringrazzja lill-president tal-club li wera fiduċja fih.

    Blasi ammetta li mhux se tkun faċli li jikkwalifikaw għall-kompetizzjonijiet Ewropej minħabba l-kwalitá tat-timijiet li hemm fil-kampjonat Malti.

    Fil-fatt għall-bidu Blasi ħaseb li dan il-kampjonat kien se jkun faċli iżda kien imqarraq fejn wara l-ewwel logħbiet ta’ ħbiberija fil-pre-season seta’ jara l-kwalitá għolja tat-timijiet Maltin. Hu temm jgħid li huwa importanti li ma jieħdux l-affarijiet b’mod passiv, anzi, iridu juru rispett lil kull team konxju mill-fatt ta’ xi sorpriżi.

    Tkellem ukoll il-captain, Triston Caruana, li tenna li taħt it-tmexxija ta’ Blasi t-team għamel tranżizzjoni pożittiva u qed jinteg­raw sew miegħu filwaqt li qed isir ħafna xogħol. Huwa faħħar ukoll liż-żgħażagħ li għandhom fit-team u wiegħed li se jgħinhom kemm jista’ bl-esperjenza tiegħu. Huwa qal ukoll li l-għaqda bejn il-players se tkun strumentali biex ikunu minn fost l-isfidanti.

    L-ewwel logħba tal-Ispartans se tkun għada kontra Gzira United, fl-Istadium Nazzjonali, fis-6.30 pm.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0