Luca Toni jixpruna lil Franck Ribery biex jingħaqad ma’ Fiorentina

  • Aww 22, 2019 00:58
  • Miktub minn iNews
"

    L-ex attakkant Taljan, Luca Toni, qal li hu kien dak il-bniedem li xpruna lil Franck Ribery sabiex jingħaqad ma’ Fiorentina. Toni kien kollega ma’ Ribery lura fiż-żmien meta kien jilgħab ma’ Bayern Munich u wara li sema’ li l-istaġun l-ieħor kellu jkun l-aħħar wieħed għall-player ta’ 36 sena, huwa ħeġġu sabiex jaħsibha jmur jilgħab fl-Italja mal-Viola. Il-plejer Franċiż ftit qagħad jaħsibha tant li fil-bidu ta’ din il-ġimgħa ftiehem ma’ Fiorentina b’mod verbali.

    Toni qal li l-wasla ta’ Ribery se tkun fundamentali biex it-team itejjeb il-livell tiegħu minħabba l-esperjenza li jħaddan u fiż-żmien meta kien jilgħab ma’ Bayern Munich kien motivatur kbir.

    Ribery wasal fil-belt ta’ Firenze fejn sab jilqgħuh diversi partitarji tal-klabb. Huwa ħalla lit-tim mill-Bavarja wara perjodu ta’ tnax-il sena.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0