Diego Laxalt b’self ma’ Atalanta

  • Aww 22, 2019 00:00
  • Miktub minn iNews
"

    Il-winger xellugi Urugwajan, Diego Laxalt ,telaq lil Milan biex jingħaqad ma’ Atalanta. Il-player ta’ 26 sena li twieled fil-belt ta’ Montevideo se jkun qed jingħaqad b’self mal-Bergamaschi u se jkollu ċans jilgħab fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League. Dawn tal-aħħar għandhom iċ-ċans li jixtru lill-player fl-istaġun ta’ wara jekk jispikka fil-logħob tiegħu.

    Laxalt kien ilu ma’ Milan sa mis-sena 2018 fejn lagħab 20 partita iżda qatt ma rnexxielu jsib ix-xibka. Fil-passat huwa lagħab ukoll ma’ Defensor Sporting, Inter, Bologna, Empoli u Genoa.

    Huwa wkoll membru importanti fit-team nazzjonali Urugwajan tant li lagħab 19-il partita. Huwa kapaċi jilgħab ukoll bħala difensur xellugi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0