Mario Apap huwa l-president il-ġdid tal-MFRA

  • Aww 22, 2019 00:31
  • Miktub minn iNews
"

     Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Malta Football Referees Association (MFRA) ġie elett kumitat ġdid għall-istaġun 2019-20.

    Dan il-kumitat huwa kompost minn: Mario Apap  (president); Trustin Farrugia Cann (viċi-president); Ishmael Barbara (segretarju ġenerali); Luke Portelli (teżorier) filwaqt li Pierre Bonnici, William Debattista, Kurt Saliba, Mitchell Scerri u Fyodor Zammit  huma membri.

    II-kumitat il-ġdid jirringrazzja lill-amministrazzjoni tal-MFRA preċedenti mmexxija mis-Sur Alexie Tabone, għall-hidrna tagħha matul l-aħħar snin. Fl-ewwel messaġġ tiegħu, il-president il-ġdid tal-Assocjazzjoni, Mario Apap, stqarr li l-ewwel prijoritá ta’ dan il-kumitat ser tkun it-trankwillitá u l-għaqda fost il-membri tagħha.

    L-MFRA tixtieq tirringrazzja wkoll lill-ex president tal-Malta Football Association (MFA), is-Sur Norman Darmanin Demajo u lill-ex viċi-president, Alex Manfré, għas-sostenn kontinwu li taw lis-settur tar-refereeing f’pajjiżna.

    II-kumitat jieħu wkoll l-opportunitá biex jifraħ lill-amministrazzjoni l-ġdida tal-MFA, immexxija mill-president, Bjorn Vassallo, u jawgura ħidma fejjieda lir-Referees’ Committee, immexxi miċ-chairman, Adrian Casha, u lir-Refereeing Department, immexxi mid-direttur Kevin Azzopardi.

    Fl-aħħarnett il-kumitat tal-MFRA jixtieq jawgura lir-referees kollha staġun mimli suċċess.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0