Iħottulu r-ristorant fl-Albanija wara li attakka lit-turisti... fl-investigazzjonijiet skoprew li kien bla permess

  • Aww 22, 2019 08:12
  • Miktub minn iNews
"

    L-awtoritajiet Albaniżi lbieraħ waqqgħu ristorant li kien jinsab fuq bajja, wara li s-sid inqabad fuq kamera jattakka karozza mikrija minn turisti Spanjoli. Dan hekk kif il-pajjiż qiegħed jipprova jnaddaf ir-reputazzjoni bħala destinazzjoni turistika li qiegħda tikber. 

    L-inċident ġie ffilmjat minn wieħed mill-gwidi tat-turisti mill-vettura u dan seħħ fi tmiem il-ġimgħa f’Porto-Palermo li jinsab fin-nofsinhar tal-Albanija. 

    Il-vidjo, li nxtered ġmielu, juri lis-sid tar-ristorant jagħti bil-ponn fuq il-windsreen tal-karozza u jkisser il-ħġieġa, waqt li baqa’ mqabbad mal-bonnet għal diversi minutli wara li t-turisti bdew isuqu. 

    Is-sid tar-ristorant, Mihal Kokedhima ġie arrestat u qed jifaċċja akkużi ta’ attakki verbali fuq it-turisti Spanjoli għal raġunijiet bla sens, li għamlilhom ħsara fil-karozza u li kkawżalhom ġrieħi ħfief. Jidher li t-turisti ma kinux kuntenti bis-servizz li offrielhom u telqu wara li s-sid kien aggressiv. Min-naħa tiegħu, is-sid qal li t-turisti telqu mingħajr ma ħallsu. 

    Intant, waqt l-investigazzjonijiet tagħhom, il-Pulizija saru jafu li r-ristorant ma kellu ebda permess uffiċjali u ma kien iħallas ebda taxxa. Għalhekk ilbieraħ kien hemm tim li mar iwaqqa’ dan ir-ristorant li jinsab proprju fuq il-bajja. 

    L-awtoritajiet Albaniżi talbu maħfra lit-turisti Spanjoli, filwaqt li l-Prim Ministru Edi Rama kkundanna l-barbaru li attakkahom u kiser il-kodiċi tal-ospitalità Albaniża. 

    Wieħedd mit-turisti wieġeb fuq vidjo li persuna waħda ma tirrappreżentax pajjiż sieħeb u wiegħed li jerġa’ jmur xi darba.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0