Il-President Brażiljan jgħid li huma l-NGOs li qed iqabbdu l-foresta Amazon

  • Aww 22, 2019 09:10
  • Miktub minn iNews
"

    Il-President Brażiljan, Jair Bolsonaro qiegħed jallega bla provi li huma l-għaqdiet non-governattivi li qegħdin iqabbdu l-foresta tal-Amazon. 

    Filwaqt li għamel din l-allegazzjoni, Bolsonaro ma ppreżenta ebda evidenza biex isostni t-teorija tiegħu. Hu akkuża lill-gruppi ambjentalisti li qegħdin iqabbdu l-Amazon, hekk kif qiegħed jipprova jdawwar l-attenzjoni u l-kritika internazzjonali minn fuqu hekk kif naqas milli jipproteġi l-akbar foresta tad-dinja. 

    Fl-aħħar xahar kien hemm żieda qawwija fin-nirien li ħakmu l-istati tal-Amazon hekk kif il-Gvern Brażiljan irid iżid l-attività ekonomika fir-reġjun. Dan qed jagħti l-kuraġġ lill-bdiewa biex joħolqu l-art għall-għelieqi u għar-ranches fejn ikabbru l-baqa. 

    S’issa, fil-Brażil kien hemm aktar minn 72,000 każ ta’ nirien, li tfisser żieda ta’ 84% fuq l-istess perjodu matul is-sena li għaddiet. 

    Matul Lulju kien hemm żieda qawwija fid-deforestazzjoni, li mbagħad ġiet segwita minn nirien qawwijin f’Awwissu. Fil-fatt, hemm gazzetti  tal-lokal li qed jgħidu li f’ċerta reġjuni l-bdiewa għandhom ġranet apposta meta jaħarqu biex jieħdu vantaġġ minn meta jkun hemm l-inqas inforzar mill-awtoritajiet. 

    Minn meta Bolsonaro ħa t-tmexxija, l-awtorità ambjentali ħarġet inqas penali u l-ministri għamluha ċara li huma jissimpattizzaw mal-bdiewa aktar milli mal-poplu indiġenu li jgħix fil-foresta. 

    Fuq livell internazzjonali, in-Norveġja u l-Ġermanja waqfu jagħtu donazzjonijiet lill-Brażil għall-Amazon. Barra minn hekk, l-Ewropa ntalbet biex twaqqaf ftehim ta’ negozju mal-Brażil u ma’ pajjiżi oħra fl-Amerika t’Isfel. 

    Min-naħa tiegħu, Bolsonaro qed jissuġġerixxi li n-nirien ġew imqabbdin minn NGOs ambjentalisti li jridu jħammrulu wiċċu. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0