“Il-messaġġi ta' kuraġġ jikkonfermaw l-impatt pożittiv ta' ommi fuq il-ħajja ta' ħafna persuni”

  • Aww 23, 2019 09:11
  • Miktub minn iNews
"

    “Għeżież ħbieb, Kif tafu ommi tilfet ħajjitha f’inċident stradali u m’hemmx kliem biex nirringrazzjakom tas-sapport tagħkom. Il-messaġġi ta’ mħabba u kuraġġ tagħkom kienu tassew utli għalina għax hija tassew xi ħaġa sabiħa li tara kemm ommi ħalliet impatt fuq in-nies bit-tip ta’ ħajja li kienet tgħix”. Hekk sellmet il-memorja ta’ ommha bint il-vittma tal-inċident tat-traffiku f’Għajnsielem li lbieraħ tilfet il-ġlieda tagħha kontra l-mewt.

    Intant fost dawk li sellmu l-memorja tagħha taħt din it-tislima ta’ Sofia, iddeskrivew lil Ivy Evison bħala mara dejjem lesta biex tikkuntenta lil dak li jkun u li kienet tħobb titkellem ħafna dwar bintha. Il-kliem ta’ kuraġġ tagħha għen ħafna persuni f’pajjiżna li ma naqsux milli jfakkru dwar l-imħabba tagħha lejn il-mixi qalb in-natura.

    Ivy Evison kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fis-16 ta’ Awwissu li għaddha wara ħabta bejn żewġ karozzi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0