“Kellna nitilfuk fl-aqwa żmien ta’ ħajtek... iż-żgħir tagħna, inħobbuk ħafna” - oħt Jean Paul Bonett

  • Aww 23, 2019 10:08
  • Miktub minn iNews
"

    “Kellna nitilfuk fl-aqwa żmien ta’ ħajtek. Ħallejt vojt kbir, is-serduk qalb 4 bniet. Flimkien ma’ missierna nitolbok tibqa’ tiehu ħsiebna u ħsieb ommi. Jean Paul, iż-żgħir tagħna, inħobbuk ħafna.”

    Dan kien il-messaġġ li oħt Jean Paul Bonett ħalliet fuq il-midja soċjali wara l-aħbar kerha tal-mewt traġika tiegħu. Jean Paul kellu 45 sena u kien mill-Ħamrun. Huwa miet wara li sofra xokk waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol f’maħżen tal-Karnival.

    Għexieren ta’ messaġġi dwew fuq il-midja soċjali u kollha kellhom frażi fuq fommhom, “il-vojt huwa kbir li ħallejt warajk ħabib.”

    Bosta kienu dawk li ddeskrivew din l-aħbar bħala telfa kbira għall-Karnival Malti. Fil-fatt għal bosta, huwa kien ħabib, dilettant u persuna ferm ħabrieka tal-Karnival.” Huwa kien magħruf mad-dilettanti tal-Karnival bħala ċ-Chippy.

    Jean Paul kien ukoll wieħed mir-reffiegħa fil-vara ta’ San Gejtanu. “Sa ġimgħa u nofs ilu kont qiegħed terfa’ lil San Gejtanu, imma llum bla dubju San Gejtanu qiegħed jerfa’ lilek.”

    Kollega tiegħu kiteb li tilef ħabib ta’ veru. “Ilni nafu tliet xhur li bdejna naħdmu flimkien fl-istess ġurnata u mal-ewwel ġurnata ta’ xogħol indunajt li int raġel fuq l-irġiel.”

    Ħabib tiegħu qal li hija diffiċli ħafna jaċċetta din l-aħbar u li sa ġurnata qabel kienu flimkien qegħdin jitpaxxew bl-arti sabiħa tal-karru. “Ħabib, ħallejtna kiesaħ u biered… dejjem f’qalbna.”

    Persuna li kienet tgħix viċin qalet, “għadni nisma’ leħnu jidwi mill-bitħa t’ommi qisu lbieraħ fit-tlettax-il sena li domna ġirien. Għadna kif iltqajna u gawdejna San Gejtanu erbat ijiem ilu. Sakemm nerġgħu niltaqgħu, ġar u ħabib.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0