L-immigranti tal-Ocean Viking se jiddaħħlu f'pajjiżna u jiġu rilokati... Salvini jinsisti li mhux se jħallihom jidħlu

  • Aww 23, 2019 12:18
  • Miktub minn iNews
"

    Fi stqarrija maħruġa mill-gvern ta’ Malta fl-aħħar ħin intqal li wara diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea u numru ta’ stati membri fosthom Franza u l-Ġermanja, Malta qablet li se tkun parti mis-soluzzjoni tal-Ocean Viking.

    Il-Forzi Armati ta’ Malta se jkunu qegħdin isalvaw l-immigranti kollha abbord, li aktar tard se jkunu qegħdin jiġu rilokati fi stati membri oħra. Il-Franċiżi, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Lussemburgu, il-Portugall u r-Rumanija se jkunu qegħdin jieħdu l-immigranti bejniethom u l-gvern enfasizza li l-ebda immigrant mhu se jibqa’ f’pajjiżna.

    L-istqarrija tkompli tgħid li fil-jiem li ġejjin aktar immigranti li ġew salvati fl-aħħar xhur f’operazzjonijiet oħra wkoll se jkunu qegħdin iħallu pajjiżna biex jiġu rilokati.

    Intant Matteo Salvini fl-aħħar ħin f’ritratt imxerred fuq il-paġna tiegħu qal li hu jinsab fl-uffiċju tal-Ministeru sabiex jiddefendi l-konfini Taljani u jwaqqaf l-immigranti milli jitħallew jidħlu fl-ibħra Taljani.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0