L-Ambaxxaturi tal-Qari jħeġġu lit-tfal ikomplu jaqraw fis-Sajf

  • Aww 23, 2019 16:52
  • Miktub minn iNews
"

    Nhar il-Ġimgħa, 23 t’Awwissu 2019, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol organizzat attività tal-Ambaxxaturi tal-Qari fiċ-Ċentru ta’ Skolasajf tal-Imqabba, immexxi mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi. Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Onor. Evarist Bartolo flimkien mal-Ambaxxaturi tal-Qari Gilbert Agius, Gordon Bonello, u Clara Farrugia qraw siltiet minn kotba bil-Malti u bl-Ingliż lit-tfal tal-istess ċentru. 

    F’din l-attività ħadu sehem ukoll il-Kap tal-Iskola tal-Imqabba, is-Sur Wilfred Cassar, is-Sindku tal-Lokal, is-Sur Omar Farrugia u s-Sa Margaret Zammit, Deputy Librarian ta’ Malta Libraries. Wara li nqraw il-kotba, l-istudenti kellhom l-opportunità jiddiskutu l-istorja tal-ktieb mal-Ambaxxaturi, kif ukoll isaqsuhom xi mistoqsijiet dwar il-kotba li jħobbu jaqraw u l-importanza tal-qari f’ħajjithom. Il-Ministru qara l-ktieb ‘Griġjo l-Qattus’ ta’ Francesca Cutajar, b’disinji ta’ Zvetlana Magro u ddiskuta mal-istudenti t-temi ewlenin tiegħu, b’mod partikolari, ir-rispett lejn l-oħrajn, inklużi l-annimali. 

    L-għan ewlieni tal-programm ‘Ambaxxaturi tal-Qari’ hu li jxerred l-imħabba lejn il-qari permezz ta’ attivitajiet ta’ qari għall-gost fl-iskejjel bis-sehem ta’ personalitajiet magħrufa lokali. Fost it-tletin ambaxxatur hemm awturi, kantanti, atturi, żeffiena, sportivi, preżentaturi, xandara u ġurnalisti maħtura mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.

    Mill-bidu tal-programm fl-2014 s’issa, ġew organizzati 200 attività ta’ dan il-programm fl-iskejjel primarji u medji madwar Malta u Għawdex. Din l-attività ġiet organizzata bħala waħda mill-inizjattivi tal-kampanja Aqra fis-Sajf 2019 tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0