Ma jistgħux jarmaw mingħajr vannijiet

  • Aww 23, 2019 18:14
  • Miktub minn iNews
"

    Il-pjan ta’ riġenerazzjoni tal-lokalità ta’ Marsaxlokk fih elementi li mhux qed jinżlu tajjeb mal-bejjiegħa tal-monti. Numru ta’ bejjiegħa huma urtati għall-fatt li waħda mill-miżuri f’dan il-pjan hi li huma mhux se jibqgħu jitħallew iżommu l-vannijiet tagħhom viċin il-bankarelli tagħhom. Skont dawn il-bejjiegħa l-impossibbiltà li jużaw il-vannijiet tagħhom ifisser “daqqa ta’ ħarta” fil-bejgħ tagħhom. 

    Skont dawn il-bejjiegħa l-impossibbiltà li jużaw il-vannijiet tagħhom ifisser “daqqa ta’ ħarta” fil-bejgħ tagħhom. 

    Din il-projbizzjoni kienet diskussa flimkien ma’ suġġetti oħra waqt laqgħa li saret ftit tal-jiem ilu fil-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk u li għaliha kien hemm preżenti fost oħrajn is-Sindku tal-lokal, rappreżentanti mill-Ministeru għat-Turiżmu, bejjiegħa tal-monti flimkien ma’ rappreżentanza tal-General Workers’ Union (GWU) li tagħhom huma membri, kif ukoll il-perit responsabbli mit-tfassil tal-proġett.

    L-imsemmi pjan ta’ riġenerazzjoni jaħseb ukoll biex il-bejjiegħa li hemm fiż-żona tal-Hunters Tower jiġu rilokati f’żona oħra. Din iċ-ċaqliqa hi maħsuba li ssir f’Ottubru li ġej, bil-bejjiegħa tal-monti qed jisħqu li jekk jitneħħewlhom il-vannijiet ma jkunux jistgħu jaħdmu sew.

    “L-istore room tagħna huwa l-vann. Jekk ikolli l-karozza pparkjata seba’ mili ‘l bogħod ma nistax naħdem,” sostna wieħed mill-bejjiegħa f’kummenti li għadda lil IT-TORĊA. “F’Ottubru qalu li se jtuna n-numri biex inkunu fil-post tagħna. Wara li jgħaddu tliet ġimgħat, u wara li nkunu integrajna fil-post, iriduna nneħħu l-vannijiet. Dik mhux se naċċettawha. Aħna rridu l-post tagħna bil-vann warajna.”

    Intant, il-GWU saħqet li hija totalment ma taqbilx ma’ din il-proposta u ħarġet b’soluzzjoni li l-bejjiegħa jkunu jistgħu jarmaw bil-vann tagħhom fil-ħin ta’ bejn is-6.00 a.m. u s-2.00 p.m, li jidher li ntlaqgħet b’mod favorevoli mill-maġġoranza tal-bejjiegħa membri tal-istess union.

    Fl-isfond ta’ dan kollu, il-GWU qiegħda tesplora l-possibilitajiet kollha dwar kif tista’ tħares l-interessi tal-istess bejjiegħa membri tagħha, li ta’ min isemmi li fil-jiem li għaddew kompla jiżdied l-għadd tagħhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0