Football tan-Nisa: Imsejħa skwadra ta’ 20 player mill-coach Mark Gatt

  • Aww 24, 2019 00:28
  • Miktub minn iNews
"

    Il-coach nazzjonali Malti tan-nisa, Mark Gatt, għażel skwadra ta’ 20 player għall-ewwel żewġ logħbiet ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Euro 2021 kontra d-Danimarka u l-Bosnja/Herzegovina.

    Il-Maltin, li jinsabu fi Grupp B, se jibdew nhar il-Ħamis li ġej meta jiltaqgħu kontra d-Daniżi fil-Viborg Stadium waqt li ħamest ijiem wara, fit-3 ta’ Settembru, ikunu fl-Asim Ferhatovic Hase Stadium ta’ Sarajevo fejn jiltaqgħu kontra l-Bosnja bit-timijiet l-oħra fil-grupp huma l-Italja, Iżrael u Georgia.

    L-iskwadra ilha għal dawn l-aħħar xahrejn tittrenja regolarment bi preperazzjoni għal dawn iż-żewġ logħbiet waqt li aktar kmieni din is-sena ħadet sehem f’tournament f’Ċipru fejn spiċċat fit-tieni post u anke għamlet training camp fir-Rumanija.

    L-ewwel logħba home għat-team Malti hija dik kontra l-Italja fl-4 ta’ Ottubru.

    L-iskwadra kollha hija:

    Goalkeepers: Janice Xuereb (Birkirkara); Rachelle Lynn Borg (Mġarr United); Anna Louise Vincenti (Motherwell).

    Difensuri: Stephania Farrugia, Ann-Marie Said, Alishia Sultana (Birkirkara); Nicole Sci­berras (Juventus); Jasmine Vella Turner (Mġarr United); Charlene Zammit (Swieqi United).

    Midfielders: Brenda Borg, Claudette Xuereb (Mġarr United); Rachel Cuschieri (PSV Vrouwen); Jade Flask, Emma Xuereb, Shona Zammit (Swieqi United); Dorianne Theuma (Hibernians); Veronique Mifsud (Birkirkara).

    Attakkanti: Martina Borg (FC Sassari Torres); Maria Farrugia (Sunderland); Ylenia Carabott (Birkirkara).

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0