Jingħata bidu għall-akbar Festa tal-Inbid fil-Gżira Għawdxija

  • Aww 24, 2019 08:10
  • Miktub minn iNews
"

    Matul il-lejl li għadda, il-Kunsill Lokali tan-Nadur ta’ bidu għal din il-festa kbira tal-Inbid. Dan il-Festival qed isir fi Ġnien il-Kunsill fin-Nadur, liema belvedere jpaxxi lil dawk preżenti b’veduti mill-aqwa tal-fliegu Malti. L-istess Festival isir ma’ Emanuel Delicata Winemaker Ltd, u din is-sena jagħlaq 17-il sena konsekuttiva mit-twelid tiegħu fin-Nadur.

    Fl-ewwel serata tal-2019 dan il-belvedere laqa’ mijiet ta’ Nadurin, Għawdxin, Maltin u turisti li sa minn kmieni fis-7.00pm bdew jduqu l-inbid li tipproduċi l-kumpanija Delicata, permezz ta’ tazzi apposta li jibqgħu rikordju. L-istess serata inkludiet stands ta’ kull tip ta’ ikel, inkluż dak tradizzjonali u internazzjonali, kif ukoll fost l-aqwa entertainment minn Big Band Brothers, Grovestreet Band u J Anvil. Dan il-Festival ikompli għaddej fil-ġranet tas-Sibt u l-Ħadd, 24 u 25 t’Awissu, wara is-7.00pm.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0