NGO ġdida li tagħti widen lil nisa tqal u li għaddejjin minn problemi ta' saħħa mentali

  • Aww 24, 2019 14:35
  • Miktub minn iNews
"

    Parent-Infant Mental Health Alliance Malta (PIMHA Malta) hija organizzazzjoni indipendenti mhux governattiva li tappoġġja nisa li jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali li tigi esperjenzjata mill-ħin ta' konċepiment sal-perjodu ta' wara l-ħlas, kif ukoll taghti sapport lil qraba taghhom u l-benesseri tat-trabi.

    L-għan ewlieni ta' PIMHA Malta huwa li jindirizza problemi relatati mas-saħħa mentali fin-nisa tqal, billi tqajjem kuxjenza pubblika u politika, teduka aktar lill-professjonisti li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa u tippromwovi s-servizzi ta' għajnuna għal dawk li jfittxu l-appoġġ fis-settur pubbliku u anke fil-privat.

    Għal dan il-għan nhar it-Tlieta 27 ta' Awwissu PIMHA Malta ser tkun qegħda torganizza l-ewwel attività pubblika, li ser issir fil-Kampus tal-Università ta’ Malta ġewwa l-Belt Valletta fis-7.30pm.

    Matul din l-attività PIMHA Malta ser tkompli tispjega l-iskop u l-għanijiet tagħha, filwaqt li ser ikun hemm persuni li ser jaqsmu l-esperjenza tagħhom wara li fittxew l-għajnuna minn din l-organizzazjoni.

    Kelliema ohrajn waqt din l-attivita ser ikunu Dr. Ethel Felice, Ms. Rodianne Camilleri Agius u l-President Emeritus Marie Loouise Coleiro Preca.  

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0