''Inħossni skomdu li jkolli nidħol fit-toilet tan-nisa biex inbiddel il-ħarqa ta’ ibni għax f’tal-irġiel hemmx spazju adekwat''

  • Aww 24, 2019 11:40
  • Miktub minn iNews
"

    Qarrej ta’ inewsmalta.com spjegalna l-frustrazzjoni u l-iskumdità li jiffaċċja hu u potenzjalment missirijiet oħrajn li jkunu jridu jbiddlu l-ħarqa ta’ uliedhom iżda fit-toilet tal-irġiel ma jsibux spazju adekwat fejn jagħmlu dan.

    Dan il-missier qalilna li, "inħossni skomdu li jkolli nidħol fit-toilet tan-nisa biex inbiddel il-ħarqa ta’ ibni għax f’tal-irġiel hemmx." Huwa qal li filwaqt li għandu jkun hemm post adekwat fejn tinbidel il-ħarqa fit-toilets tan-nisa, kif diġà hemm, għandu jkun hemm ukoll spazju fejn l-irġiel jistgħu jagħmlu dan ukoll.

    "Ma nafx fejn hi l-ugwaljanza f’dan l-att. Għalija mhux aċċettabbli," stqarr magħna dan il-missier urtat.

    Huwa kompla billi rrakkontalna esperjenza li ġratlu lbieraħ f’restorant. "Il-mara kienet għadha qed tiekol u kelli bżonn inbiddel l-ħarqa tat-tarbija għax kien jidher li wasal għax kien skomdu... sal-maniġer ma kienx jaf kif se jdur ma' din is-sitwazzjoni u bħas-soltu spiċċajt fit-toilet mimli nisa u jien raġel waħdi nbiddel ħarqa."

    Il-missier qal li hemm min jiggustah raġel ibiddel il-ħarqa imma daqstant ieħor issib oħrajn li jitkażaw għax raġel ikun daħal fit-toilet tan-nisa biex ibiddel il-ħarqa tat-tarbija tiegħu.

    "Issib minn kollox imma li naf żgur ma nistgħux nibqgħu b’din id-diskriminazzjoni aħna l-missirijiet," kkonkluda jgħidilna dan il-missier.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0