''Membri Parlamentari mhux mistiedna''... Jirreġistraw 52 grupp għall-protesta tas-7 ta’ Settembru dwar il-bini eċċessiv

  • Aww 24, 2019 12:50
  • Miktub minn iNews
"

    Tnejn u ħamsin grupp diġà rreġistraw il-parteċipazzjoni tagħhom fil-protesta nazzjonali tas-7 ta’ Settembru ‘Iż-Żejjed Kollu Żejjed: Kulħadd għall-Belt’. Fil-ġranet ta’ qabel il-protesta se jkun organizzat ukoll Forum Pubbliku fejn iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom għall-formulazzjoni tat-talbiet tal-protesta.
     
    Gruppi li rreġistraw il-parteċipazzjoni tagħhom ivarjaw minn NGOs ambjentali u residenti minn lokalitajiet bħaż-Żejtun, Pembroke, Wied il-Għajn, Ħ’Attard, il-Pietà u Haż Żebbuġ, sa għaqdiet kulturali, tad-drittijiet umani u tal-istudenti. Huwa nkuraġġanti ferm li naraw firxa wiesgħa ta’ nies minn sfondi u b’interessi differenti jingħaqdu flimkien sabiex jitolbu li tieqaf din il-qerda ambjentali sfrenata u li jkollhom kwalità ta ħajja aħjar. Għaqdiet interessati għadhom jistgħu jirreġistraw il-parteċipazzjoni tagħhom fuq www.7settembru.org.
     
    Il-protesta nazzjonali se tkun qed tagħmel sitt talbiet bl-għan li jiġi kkontrollat il-bini żejjed u bl-addoċċ permezz ta’ i) bidla fil-policies tal-ippjanar ii) riforma tal-awtoritajiet responsabbli mill-ambjent u l-ippjanar iii) it-twaqqif ta’ proġetti kbar ħafna sakemm ikun daħal fis-seħħ pjan serju għall-iżvilupp f’pajjiżna iv) strateġija dwar it-toroq u t-trasport alternattiv v) regolamentazzjoni tal-industrija tal-kostruzzjoni u vi) il-ħarsien tal-biodiversità u s-saħħa taċ-ċittadini.
     
    Il-pubbliku se jkollu wkoll l-opportunità li jagħti l-proposti u l-kontribuzzjoni tiegħu b’rabta ma’ dawn is-sitt talbiet waqt il-Forum Pubbliku – Il-Proposti Tiegħek  - li se jsir nhar l-Erbgħa 28 t’Awwissu fis-7pm ġewwa l-bini tal-Friends of the Earth, il-Furjana. Ser tittieħed nota tal-proposti kollha li joħorġu sabiex dawn jiġu ntegrati f’sett ta’ proposti raġonevoli li se jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet wara l-protesta tas-7 ta’ Settembru.
     
    Dan il-Forum Pubbliku huwa riservat għal persuni li m’għandhomx mezz biex isemmgħu leħinhom tul ħames snin ta’ leġiżlatura: membri parlamentari mhumiex mistiedna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0