Festi Maltin, b’mod Malti

  • Aww 24, 2019 20:00
  • Miktub minn Loreto J. Dalli
"

    Bħal ma kulħadd jaf, il-festi tagħna ikunu fl-aqwa tagħhom fix-xhur tas-sajf. Dawn iġibu lejn pajjiżna għadd ta’ barranin li flimkien magħna igawdu il-briju u t-tradizzjonijiet tagħna fejn aħna niddistingwu ruħna iżjed minn pajjiżi oħra.

    Huma ħafna l-Maltin li jħobbu l-festi minn għal ħaġa u minn għal oħra, fejn ħafna jiddedikaw ħinhom u ħafna drabi anke flushom għal festa tar-raħal jew belt tagħhom.

    Issa għandna żewġ verżjonijiet minn barranin. Hemm ċertu kritika li mhix qiegħda sservi ta’ għajnuna, b’mod speċjali minn persuni barranin u kultant bil-għajnuna ta’ xi Maltin min ġewwa .

    Issa jien ngħid li meta siefer u mar f’pajjiżi barranin, int aċċetta d-drawwiet ta’ dak il-pajjiż,  minkejja li forsi ikun hemm xi  affarijiet li dejquk. Fuq livell lokali, li filwaqt li jkun hemm min jikkritika u jagħmel pressjoni, min-naħa l-oħra ħadd minn dawn in nies ma jkun lest li jieħu azzjoni biex titieb is-sitwazzjoni. Filwaqt li nemmen li hemm ħafna affarijiet li jistgħu jiġu rranġati biex jinstab bilanċ.

    Kien hemm barrani li fuq facebook għoġbu jgħid dwar murtali filt-8.00am, f’nofsinhar  u f’ħin ieħor aktar tard. Huwa liberu li ġie Malta imma irid jaċċetta d-drawwiet tagħna għal ftit jiem tal-festa.

    Issa għandna verżjoni oħra minn għajn professjonali ukoll.

    Ix- xahar t’Awwissu għalija kien u għadu ta’ tifsira speċjali fil-ħajja kalendarja tiegħi, u ta’ kull Malti bħali, min meta kont għadni żgħir ngħix fir-raħal tal-Gudja u aktar tard fil-Mosta.  Il-festa ta’ Santa Marija minn ċkuniti sawwret modi differenti fija. Imma il 15 t’Awwissu sar ifisser wisq aktar għalija minn meta sirt membru fi ħdan il-Każin 15 ta’Awwissu, fil- Mosta. ( każin biss għal skop tan-nar tal festa)

    Nhar Santa Marija tas-sena 2018, lejliet il-festa, għall-ħabta ta’ nofs in-nhar , binti qaltli li hawn ‘ photo-reporter‘ mir- Reuters, li tixtieq tara il-mod ta’ kif tiġi ċċelabrata festa Maltija minn kull aspett, jiġifieri, il-knisja, il-banda, l-armar tat-toroq u in-nar.  Issa  ta’ min jgħid li hemm nar tal-art kif ukoll dak tal-ajru.

    Ghal mument ġie f’moħħi persuna, li l-Mosta kulħadd jafu. Jiena wkoll ġieli ħdimt miegħu f’dan l-ambjent festiv dejjem fuq skala żgħira. Għalkemm din il-persuna kien verament imħabbat f’dawn iż-żminijiet ta’ festa, xorta waħda qalli iva u tani l-għajnuna kollha mill-ewwel. Dan kien għal l-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofs inhar, fejn anke isuġġerieli lil Kamra tan-Nar tal tal-Mosta peress li dak inhar kien imiss lil kamra partikolari biex jaħarqu. Ftit wara għall-ħabta tal-4.00pm kont ma’ Jana, (ir-reporter li semmejna aktar il quddiem ) ġewwa l-każin ta’ Nicolo Isouard, fejn kien hemm ukoll il-President Sylvia Micallef tistenniena flimkien ma’ Frans il-persuna li semmiet qabel, fejn laqgħuna u offrewlna l-għajnuna kollha.

    Wara ftit Frans fetħilha sew dwar l-istorja tal-każin u minn ħaġa għal oħra  ċappasna bejn wieħed u iehor sat-8.00pm. Frans  f’ħin minnhom semmieli n-nar tal-art tal-15 t‘Awwissu, peress li kif diga għidna kien imiss lilhom dik is-sena.

    Jana uriet interess f’dan ix-xogħol, jiġifiri fil-piroteknika. Saru l-kuntatti ma’ Jimmy Camilleri il-Hidra membru attiv fl-istess każin u li jien kont nafu qabel, .

    Huwa ma qalx le ,imma, il-ħin kien wisq kontrih, kien diġa fl-għalqa sabiex jippreparaw għal ħarqa ta’ lejliet il-festa, imma hu ssuġġerieli lill-persuna oħra. ( li sa dik inhar jien ma kontx nafu ).

    Jien u reporter morna għall-ħabta tad-9.00 pm fl-għalqa tal-ħruq, fejn sibna għadd ta’ dilettanti kważi lesti għall-bidu tal-ħruq u jiena introduċejt lill-eks sħabi u nies oħra lil Jana għax hekk kien jisma’ u viċi-versa, fejn ta min jgħid li għalkemm kienu bieżla fuq xogħlhom, xorta taw’ il-kontribut tagħhom b’tagħrif dwar dak kollu li kien hemm lest għal ħruq. Hija għaddiet tlett sigħat magħhom fl-għelieqi tiġri l’ hemm u ‘l hawn, dejjem taħt struzzjonjiet mill-licence A tal-Kamra tan-Nar, tul il-ħruq kollu.

    Wara assistiet ukoll għan-nar tal-art ġewwa l-pjazza tal-Mosta sa tard bil- lejl. Dan kollu sar meta n-nies kienu mehdija bil-festa kif suppost.

    Nhar il-festa hija kienet hawn filgħodu fejn attendiet  għal marċ, u reġgħet  kienet magħna wara nofs inhar, fejn qattgħet sigħat twal fil-knisja sa ma ħarġet il-Madonna.

    Aktar tard Jana marret fuq il-bejt tal-każin tal-15 t’Awwissu, fejn għamlet ħin twil titkellem ma’ Vince Dimech li huwa s-segretarju tal-każin u s-sehem tiegħu fil-kamra tan-nar. Hija baqgħet impressjonata meta Vince qalilha li ħuh kien miet b’disgrazzja tan-nar, u hu jiġifieri Vince kompla fejn ħalla ħuh Mario. Iżjed u izjed, meta saret taf li dan ix-xogħol issir fuq bażi volontarja.

    Jana damet sa tard billejl ta’ dak inhar tal-festa u ħadet impressjoni tajba ta kif issir il-festa Maltija. Issa ha nagħti ħjiel ta x’qalet.

    Jana Asenbrennerova, Czechphotojournalist, based in San Francisco visited Mosta during the last year's festa celebration. She wrote an article for a Czech magazine Reporter toaccompany her photo reportage focusing on the Firework Club based in Mosta. Inher article titled "With Fire in Heart" she introduces members of the club and describes their passion and dedication to produce a phenomenal firework show year after year during their spear time. The leading voice of her article is Vince Dimech who shares the story about his brother, Mario, who died in 2010 in a tragic accident. Vince describes how the dead of his brother motivated him to become the member of the club himself to follow in the footsteps of his late brother. Through her images, Jana brings the reader on a journey through the town of Mosta during one of its largest celebrations of the year.

    Hija aktar tard għaddiet kopja tax-xogħol tagħha lill-każin, xoghol li ġie stampat bil-lingwa Ċeka u anke bil-lingwa Ingliża ġewwa San Francisco, U.S.A

    Wara kollox fi tmiem din il-kitba dwar Santa Marija ġewwa l-Mosta, minn qalbi nixtieq ngħid grazzi lid-dilettanti (pirotekniċi) tan-nar u voluntiera kollha li jaħdmu matul is- sena kollha taħt ċirkostanzi xejn faċli biex iżommu t-tradizzjonijiet Maltin ħajjin u grazzi kbira tmur lil Jana li permess tagħha uriet it-tradizzjonijiet tagħna l-Maltin, barra min xtutna. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0