Kampjonat Premier: Rebħa kbira għal Mosta fuq Tarxien R.

  • Aww 24, 2019 21:56
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    Tarxien R........ 0

    Mosta............... 4

    B’wirja stupenda, Mosta ġabu fix-xejn lil Tarxien Rainbows u rebħulhom bl-iskor ta’ 4-0.

    Sa mill-bidu tal-logħba huma mill-ewwel urew l-intenzjonijiet tagħhom u wara erba’ minuti ħolqu l-ewwel periklu minn Edin Murga iżda l-goalkeeper Briffa dawwar f’corner.

    Ir-risposta tar-Rainbows waslet żewġ minuti wara, meta Aleksa Andrejic għo­la tajjeb u permezz ta’ daqqa ta’ ras impenja lill-goalkeeper, Andreas Vella, li kien pront ikklerja bis-sieq.

    Fis-27 minuta, Mosta resqu viċin li jiftħu l-iskor permezz ta’ cross mix-xellug mogħti minn Murga, iżda d-difiża Tarxiniża antiċipat fuq Dexter Xuereb qabel dan seta’ jkun ta’ periklu. 

    Fis-36 minuta, il-Blues reġgħu kienu perikolużi meta Murga avvanza fil-kaxxa u b’xutt fil-baxx impenja lill-goalkeeper Briffa li kien ferm attent idawwar f’corner.

    Madankollu, fl-40 minuta Mosta fetħu l-iskor meta mill-cross mogħti minn Matias Muchiardi, TYRONE FARRUGIA għola tajjeb u b’daqqa ta’ ras tefa’ l-ballun fix-xibka.  Fil-45 minuta Brif­fa salva xutt ta’ Muchar­di, fil-pront daħal Murga iżda dan xeħet għoli.

    Fil-ħin miżjud ir-Rainbows ippressaw biex iġibu l-goal tad-draw meta minn corner mogħti minn Miranda Gomez, it-tentattiv ta’ Andrejic għadda jħakkek mal-wieqfa.

    Żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Tarxien resqu viċin meta t-tentattiv ta’ Daniel Zerafa ġie mxel­lef f’corner minn fuq il-linja minn Tyrone Farrugia.

    Fil-55 minuta, Mosta rdup­pjaw meta minn cross ta’ Momodou Salieu Jallow, l-Amerikan NIKITA NICOLAEVICH KOTLOV b’xutt fil-baxx tefa’ ġewwa.

    Fid-59 minuta Mosta żiedu l-iskor minn EDIN MURGA li avvanza waħdu, daħal fil-kaxxa u b’xutt angolat għeleb lil Briffa.

    Fit-80 mintua, Mosta għalqu  l-logħba meta Kotlov xeħet lejn MOMODOU JALLOW  li bil-kumditá xe­ħet fix-xibka.

    TARXIEN R.: 1-Rudy Briffa, 3-Thomas Veronese, 4-Destin Mambouna, 5-Brandon Muscat, 6-Daniel Zerafa, 7-Miguel Ciantar, 8-Matthew Spiteri (2-Marco Botta 45), 11-Aleksa Andrejic, 14-Stiv Shaba, 19-Matthew Tabone (22-Cedric Zahra 85), 23-Miranda Gomez - Coach: Marko Glumac

    MOSTA: 1-Andreas Vella, 3-Jonas Rodriguez Ekani (93-Christian Grech 85), 7-Edin Murga (33-Liam Portelli 90), 10-Souza Weverton Gomes, 12-Nikita Nicolaevich Kotlov (77-Zachary Brincat 82), 14-Dexter Xuereb, 15-Rafael Morisco, 18-Kyle Gatt, 19-Momodou Salieu Jallow, 22-Tyrone Farrugia, 30-Matias Muchardi - Coach: Mark Miller

    REFEREE: Darryl Agius

    ASS. REFEREES:Duncan Sultana, Ivan Galea

    RABA’ UFF: Andrea Sciriha

    SKORERS:T. Farrugia 40, N. Kotlov 55, E. Murga 59, M. Jallow 80 (M)

    AMMONITI:D. Zerafa (TR)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Edin Murga (Mosta)

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0