Kampjonat Premier: Hibernians miżmuma minn Gudja U.

  • Aww 24, 2019 21:58
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Christine Borg

    Gudja U.......... 1

    Hibernians...... 1

    Wara t-telfa ta’ 3-2 li Valletta sofrew kontra Sta Lucia, waslet it-tieni sorpriża f’temp ta’ 24 siegħa hekk kif it-team promoss ta’ Gudja United irnexxielu jżommu lil Hibernians fi draw ta’ 1-1 ... biex flimkien ma’ Sta Lucia u Sirens, li wkoll kisbu l-promozzjoni, qatgħu figura mill-aqwa. 

    Kienu Hibernians li ħolqu l-ewwel periklu fl-10 minuta iżda kellhom ferħa bla temma hekk kif id-difensur Ferdinando Apap kellu goal imħassar minħabba li kien iġġudikat mir-referee, Stefan Pace, f’pożizzjoni ta’ offside.

    Gudja wieġbu fil-21 mi­nuta meta xutt fil-baxx mid-distanza ta’ Gabriel Mensah għadda ċentimetri barra mil-lasti difiżi mill-goalkeeper, Marko Jovicic.

    Huma komplew jippressaw u fit-38 minuta tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta reġa’ kien Gabriel Mensah li ħoloq il-periklu hekk kif it-tentattiv tiegħu mill-viċin ġie salvat bi bravura mill-goalkeeper Pawlist.

    Hibernians wieġbu fil-41 minuta meta t-Taljan, Leo­nardo Nanni, indirizza free-kick lejn Andrei Agius li għola tajjeb qabel ma ra d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tiġi salvata mill-goalkeeper Gudjan, Jonathan Debono.

    Huma komplew juru l-aħjar logħob u eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima ħolqu l-akbar periklu f’din it-taqsima, meta din id-darba kien Jake Grech li xeħet free-kick insidjuż lejn Bjorn Kristensen li kellu d-daqqa ta’ ras b’saħħitha tiegħu tiġi salvata minn Jonathan Debono, bid-difiża tkun pronta u tikklerja l-ballun ‘il bogħod minn kull periklu.

    Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Gudja ħarġu ferm aggressivi u fil-50 minuta fetħu l-iskor meta Carlos Santana Barroso xeħet corner fejn kien JUSTIN GRIOLI li sab ix-xibka permezz ta’ daqqa ta’ ras.

    Madankollu, il-Gudjani ma tantx damu jifirħu hekk  kif Hibernians wettqu reaz­­zjoni mmedjata u tliet minuti biss wara ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ xutt fil-baxx ta’ JAKE GRECH minn tarf il-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lil Jonathan Debono jsalva.

    Fit-88 minuta, Hiber­nians fallew okkażjoni unika li jiskorjaw il-goal tar-rebħa meta daqqa ta’ ras ta’ Ferdinando Apap għaddiet ftit barra bil-goalkeeper ta’ Gudja megħlub għal kollox.

    GUDJA U.: 1-Jonathan Debono, 5-Zachary Cassar (6-Miguel Attard 78), 7-Aidan Jake Friggieri (4-Jonathan Bondin 84), 9-Renold Winchester Rundell, 10-Carlos Santana Barroso (8-Dylan Grima 68), 15-Gabriel Mensah, 18-Anderson De Barros, 22-Hubert Vella, 25-Juan Andres Bolanos, 27-Justin Grioli, 28-Allan Ricardo Miranda - Coach: Josef Mansueto

    HIBERNIANS: 61-Marko Jovicic, 2-Timmy Tabone Desira, 3-Ferdinando Apap, 7-Joseph Essien Mbong, 8-Jake Grech, 9-Terrence Groothusen (21-Myles Beerman 74), 11-Bjorn Kristensen (18-Gabriel Izquier Artiles 52),   12-Dunstan Vella, 14-Charles Buaku Atsina (6-Leandro Marcio Barbosa Da Silveira 87), 20-Andrei Agius, 23-Leonardo Nanni - Coach: Stefano Sanderra

    REFEREE: Stefan Pace

    ASS. REFEREES:Mitchell Scerri, Theodore Zammit

    RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

    SKORERS:J. Grioli 50 (G), J. Grech 53 (H)

    AMMONITI: A. Agius, B. Kristensen, F. Apap, G. Izquier Artiles, T. Tabone Desira (H), M. Attard, J. A. Bolanos (G)

    PLAYER TAL-LOGĦBA: Jake Grech (Hibernians)

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0