Kampjonat Premier: Balzan jibdew fuq nota pożittiva

  • Aww 24, 2019 22:46
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    Balzan ............ 2

    Sliema W......... 1

    Balzan komplew fejn ħallew l-istaġun li għadda meta għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta’ 2-1 liema rebħa setgħet ikbar li kieku Alfred Effiong ma falliex penalty għall-Balzanin.

    Kmieni fil-partita Sliema rebħu l-inizjattiva fejn wara sitt minuti, minn freekick mogħti minn Cleangelo Pereira, il-goalkeeper ta’ Balzan,  Naumovski, ħtieġlu jippanċja biex ibie­għed il-periklu.

    Il-Blues komplew jippressaw meta fis-17-il mi­nuta xutt b’saħħtu ta’ Juri Cisotti għadda ftit barra.  Balzan marru fil-vantaġġ fil-25 minuta meta minn corner mogħti minn Stefan Dimic, kien ALEKSANDAR KOSORIC li ddepożita l-ballun fix-xibka. Fit-38 minuta Steve Bezzina fuq ix-xellug xeħet lejn Correa Duarte, iżda l-goalkeeper Jake Galea kien pront biex innewtralizza x-xutt fil-baxx. 

    Ħames minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Sliema resqu viċin li jiksbu d-draw iżda Naumovski salva b’diffikultá x-xutt ta’ Juri Cisotti.

    Tliet minuti wara kien imiss lil Jean Paul Farrugia li daħal tajjeb fil-kaxxa iżda ma rnexxielux jikkontrolla l-ballun biex Naumovski mblokka faċilment.

    Fid-59 minuta l-goalkeeper Galea interċetta taj­jeb cross mogħti minn Stefan Dimic qabel l-attakkanti ta’ Balzan setgħu jkunu ta’ periklu.

    Fis-68 minuta Balzan irduppjaw meta minn cross mogħti minn Bozovic kien STEFAN DIMIC bir-ras li ħabbat mal-wieqfa biex il-ballun niżel wara linja fatali.

    Fil-85 minuta,  il-Wanderers naqqsu d-distakk meta minn corner mil-lemin, JEAN PAUL FARRUGIA għola tajjeb biex għeleb lill-goalkeeper Naumovski.

    Lejn tmiem il-partita Kurt Shaw waqqa’ lil Alfred Effiong fil-kaxxa biex ir-referee ordna penalty li nkariga ruħu l-istess player, iżda Jake Galea wettaq save tajjeb fuq Effiong mill-11-il metru.

    BALZAN: 83-Kristijan Naumovski, 5-Aleksandar Kosoric, 8-Nenad Sljivic (22-Gary Camilleri 81), 11-Steven Bezzina, 16-Paul Fenech, 17-Alfred Effiong, 18-Uros Ljubomirac, 20-Ivan Bozovic, 21-Ryan Scicluna (15-Michael David Johnson 46), 23-Stefan Dimic, 30-Ricardo Calixto Correa Duarte (7-Lydon Micallef 65)  - Coach: Jacques Scerri.

    SLIEMA W.: 22-Jake Galea, 2-Michele Sansone, 4-Antonio Stelitano, 5-Kurt Shaw, 8-Mark Scerri (20- Kllian Amehi 81), 9-Jose Cleangelo Pereira, 11-Juri Cisotti (10-Ryan Fenech 70), 15-Juan Cruz Gill, 19-Stanimir Miloskovic, 23-Claudio Pani (18-Edmond Agius 61), 30-Jean Paul Farrugia - Coach: Alfonso Greco.

    REFEREE: Matthew Degabriele

    ASS. REFEREES:Christopher Francalanza, Darko Stankovic

    RABA’ UFF: Mario Apap

    SKORERS:A.Kosoric 25, S. Dimic 68 (B); J.P. Farrugia 85 (SW)

    AMMONITI:A. Effiong, R. Scicluna, P. Fenech, I. Bozovic (B); S. Miloskovic, M. Scerri, A. Stelitano, J. Cruz Gill (S)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Aleksander Kosoric (Balzan)

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0