Bocelli bi kliem ta’ tifħir għal Calleja u għall-Maltin

  • Aww 26, 2019 08:40
  • Miktub minn iNews

    Il-kantant tal-Opra, kittieb ta’ diversi mużika u anke produttur tal-mużika, Andrea Bocelli kellu ħafna kliem ta’ tifħir għall-kunċert li ħa sehem fih flimkien mat-tenur Malti Joseph Calleja.

    Fil-fatt, fuq kummenti li ħalla fuq is-siti soċjali, Bocelli qal li jġorr il-memorji f’qalbu ta’ din is-serata hekk speċjali flimkien ma’ persuna fantastika li stidnitu. Qal li l-fatt li kien fuq l-istess palk ma’ Calleja kienet esperjenza eċitanti, kemm minħabba l-post sabiħ u anke minħabba l-vuċi intensa li għandu l-istess artist Malti. 

    Fl-istess waqt, Andrea Bocelli qal li ħassu wkoll kuntent li fl-istess lejla kienet qiegħda tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Leonard. Qal li dan hu l-qaddis protettur ta’ Lajatico, li hu l-post fejn twieled u għex. 

    Qal li din hi konnessjoni oħra li tgħaqqdu ma’ pajjiżna, li ddeskrivieh bħala pajjiż ħelu bħall-għasel li minnu ħiereġ l-isem ta’ pajjiżna. Bocelli qal li din hi barka mill-ġenna, kemm għalih u kemm għal Calleja, kif ukoll għall-popli Maltin u Taljani. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0