Ta’ sitt snin tirbaħ festival internazzjonali tal-kant fir-Rumanija

  • Aww 26, 2019 10:50
  • Miktub minn iNews

    Julia Barbara hi tifla ta’ sitt snin li fl-aħħar jiem irrappreżentat lil Malta f’festival internazzjonali tal-kant fir-Rumanija u rebħitu!

    Kienet ommha Cristina li kellmet lil inewsmalta.com u rrakkontatilna kif bintha Julia ġiet magħżula biex tieħu sehem f’dan il-festival li jismu Volare u li sar fi Piuatra Neamt fir-Rumanija bejn il-21 u l-25 ta’ Awwissu. 

    It-tifla kantat il-kanzunetta La Giacca Rotta u kklassifikat fl-ewwel post. Din kienet l-ewwel darba li Julia kkompetiet barra minn Malta, filwaqt li ilha tkanta għal ftit aktar minn sena biss. Ommha qalet li kien unur u privileġġ li bintha xejret il-bandiera ta’ pajjiżna, filwaqt li għamlet isem sabiħ lil Malta.

    Julia ġiet ukoll magħżula biex tkanta f’festival ieħor li se jsir aktar tard din is-sena. Din it-tifla tattendi għal-lezzjonijiet tal-kant fl-akkademja La Voix fejn tiġi mgħallma minn Gillian Attard u Jane Pace. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0