It-tfal fil-pittura

  • Aww 30, 2019 13:39
  • Miktub minn iNews
"

    Nhar it-Tlieta, 10 ta’ Settembru, Heritage Malta se tkun qed twassal id-diskussjoni ‘Children on Paintings - Teaching History of Childhood’ minn Dr Orsolya Endr?dy fil-mużew tal-arti MUŻA.

    Inti edukatur jew għandek interess fit-tagħlim tal-arti u kif dan jista’ jsir?

    Dr Orsolya Endr?dy, mill-Università Eötvös Loránd ta’ Budapest, se tkun qed tiddiskuti kif il-pitturi li juru t-tfal matul l-istorja jistgħu jinqraw bħal testi kodifikati. Din it-taħdita se tesplora wkoll il-metodi ta’ kif wieħed jista’ jħajjar liż-żgħażagħ biex iżuru l-mużewijiet  billi jintroduċiehom ma’ xogħolijiet tal-arti, billi jgħinhom iħossuhom komdi f’mużew u permezz ta’ metodoloġiji li janalizzaw l-istampi. Dr Endr?dy se titkellem ukoll dwar ċerti perspettivi li huma possibbli fil-metodoloġija tar-riċerka viżwali.

    Din id-diskussjoni qed issir b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Arti - Kommunitajiet Miftuħa u Edukazzjoni Adulta u l-ġurnal Malta Review for Educational Research.

    Dħul bla ħlas. Ħin 7.00pm.

    MUŻA tinsab fil-Berġa tal-Italja, Triq Merkanti, l-Belt Valletta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0