Twelled tewmin fl-età ta' 74 sena wara proċedura ta' IVF!

  • Set 05, 2019 20:11
  • Miktub minn iNews
"

    Mara Indjana ta’ 74 sena hija maħsuba li saret l-ixjeħ omm fid-dinja wara li welldet lil tewmin wara proċedura bl-IVF. Mangayamma Yaramati, welldet żewġt ibniet ewmin aktar kmieni llum b’żewġha ta’ 82 sena, Sitarama Rajarao, joqgħod ħdejha tul il-proċedura kollha.

    Il-mara żvelat li ġiet ispirata biex tipprova tinqabad tqila wara li ġara tagħha kienet saret omm ta’ 55 sena.

    Minkejja li l-età tal-mara ma ġietx verifikata, jekk verament għandha żmien daqskemm qalet, dan jagħmilha tmien snin ixjeħ mill-mara li attwalment qed iżżomm dan ir-rekord, Maria del Carmen Bousada de Lara.

    Jidher li l-klinika Ahalya, fil-belt ta’ Guntur, ħallset għall-biċċa l-kbira tal-proċedura tal-IVF minħabba li t-tobba kienu jafu li dan kien ikun mument stroriku jekk il-proċedura tirnexxi.

    Il-mara qalet li “ma nistax nesprimi l-emozzjonijiet tiegħi fi kliem. Uliedi jagħmluli kompluta. L-istennija ta’ 60 sena biex insir omm issa fl-aħħar ġiet fi tmiemha. Ħadd ma jista’ jgħidli aktar li jien infertili.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0