Rekord ġdid fit-turiżmu... F’Awwissu l-ajruport ra 823,643 passiġġier

  • Set 06, 2019 12:55
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministeru għat-Turiżmu innota li l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta f’Awwissu biss ta’ din is-sena ra 823,643 passiġġier. Dan ifisser żieda ta’ 8.4% fuq is-sena 2018 li huwa rekord ġdid għas-settur tat-turiżmu u l-avjazzjoni.

    Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi laqa' pożittivament din l-istatistika, partikolarment għaliex pajjiżna ra tkabbir qawwi min ċertu swieq, fosthom dak Ġermaniż, Franċiż u dak Spanjol. Sostna li issa flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu se jkompli jsir ix-xogħol biex ikollna wkoll xitwa pożittiva permezz ta' aktar konferenzi li jsiru f'pajjiżna u aktar promozzjoni sabiex l-istaġjonalità tkompli tonqos.

    Ix-xahar ta' Awwissu kien impenjattiv ħafna għal pajjiżna u għall-ajruport internazzjonali għaliex tħaddmu fih aktar minn 120 destinazzjoni u rotta li ġabru fihom f'xahar wieħed biss 823,643 passiġġier, kif ukoll kien hemm żieda ta' 5.9% fi dħul u ħrug ta' ajruplani fl-ajruport.  Interessanti l-fatt li f'ġurnata waħda biss, dakinhar tal-15 ta' Awwissu, l-ajruport ra madwar 30,000 passiġġier.

    Dawn ir-riżultati huma frott tal-introduzzjoni ta' bosta rotot ġodda, titjib fil-frekwenzi ta' rotot eżistenti, avvenimenti ta' livell mondjali bi promozzjoni fi swieq internazzjonali u titjib kontinwu tal-prodott Malti, fejn bosta turisti qegħdin jerġgħu għal darba oħra jfittxu Malta bħala destinazzjoni li wieħed għandu jżur għal aktar minn darba.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0