ĦAMES SNIN MIT-TRAĠEDJA TAS-SIMSHAR

  • Lul 04, 2013 16:03
  • Miktub minn Daniela Attard Bezzina

    L-għodwa tas-7 ta’ Lulju 2008. Bilkemm għadu sebaħ u fil-port ta’ Marsaxlokk hemm skiet perfett. Skiet li jinkiser biss bil-ħoss ta’ bastiment tas-sajd iqabbad il-magna u jsalpa bil-mod. Żgur li ħadd mill-ħames persuni abbord dak il-bastiment ma jobsor li erbgħa minnhom qatt ma se jerġgħu jaraw dak il-port...

    Iżda hekk kellu jkun. Ftit tal-jiem wara, Malta kollha nħasdet bit-traġedja tas-Simshar u bkiet lill-erba’ vittmi, fosthom tifel ta’ ħdax-il sena li kien qed jakkumpanja lil missieru u nannuh fuq dik is-sajda. Illum qed infakkru l-ħames anniversarju minn dik id-diżgrazzja, li dwarha ntqal ħafna u li għadha ġġorr magħha bosta misteri.

    Ma xtaqniex nidħlu fil-mertu ta’ min għandu r-raġun jew it-tort, jekk wara kollox hemm min għandu raġun jew tort. Xtaqna biss infakkrukom x’ġara dakinhar u ntarrfulkom ftit ukoll dwar dak li qed jiġri issa. Għax it-traġedja tas-Simshar, bil-weġgħat kbar li ġabet magħha, tant laqtet nies fil-laħam il-ħaj li saħansitra wasslet biex jinħadem film imnebbaħ minnha...

    Agħfas hawn biex taqra l-artikli, fosthom l-intervista ma' Simon Bugeja

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Lul 09, 2013

    Minghajr ma niftah feriti godda, personalment ghadni nemmen li l-verità kollha ghadha ma hargitx dwar din it-tragedja. F'Awwissu 2008 kont ktibt artiklu li kont ibbazajtu fuq numru ta' mistoqsijiet li xtaqt n

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 09, 2013

    Sur Pisani. Ma tantx jidher li ser jirrispondik. Il verita jidher li jafha hu biss sakemm ma jitfaccax xi hadd min wara l-kwinti. Personalment lanqas jien ma nista nifhem x'gara ghax diskorsu qatt ma kien konsistenti.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 09, 2013

    Sur Pisani difficli biex f'p

    Irrispondi
  •  

Facebook