Missier joqtol lill-erba' wliedu billi għallaqhom b'ċintorin wara li martu ppreżentatlu dokumenti għad-divorzju

  • Set 07, 2019 15:00
  • Miktub minn iNews
"

    L-Afrika t’Isfel qed issegwi b’interess il-każ ta’ missier mixli li qatel lill-erba’ wliedu wara li martu allegatament ippreżentatlu dokumenti biex tiddivorzja minnu.

    Il-Qorti semgħet kif Subusiso Mpungose, ta’ 44 sena, qagħad jistenna lil martu Xolisile. ta’ 42 sena, biex tmur l-iskola fejn taħdem bħala għalliema, biex wara mar jiġbor lil tlieta minn uliedu minn skola fil-viċin.

    Allegatament ir-raġel ħadhom ilkoll lura d-dar fejn kienu joqogħdu fejn għallaqhom b’ċintorin. Aktar tard huwa mar jiġbor lit-tifla l-kbira mill-iskola u għallaqha wkoll f’żona rurali fil-viċin.

    Martu ġieha suspett wara li rċeviet notifiki mill-app li kienet tuża biex tikri servizz ta’ taxi li turi li żewġha kien għamel użu mit-taxis biex jiġbor lil uliedu mill-iskola.

    Hija mill-ewwel ġieha suspett u għamlet rapport lill-Pulizija, li min-naħa tagħhom skortawha lura d-dar u sabu lit-tliet itfal mejtin.

    Aktar tard huma sabu wkoll lit-tifla mgħallqa minn siġra.

    L-awtoritajiet irnexxilhom jarrestaw lil Mpungose l-għada li wettaq l-omiċidji. Meta twaqqaf mill-Pulizija r-raġel allegatament kien qed jipprova jneħħi ħajtu b’idejh.

    Il-każ mistenni li jkompli fil-jiem li ġejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0