X’ġara jum b’jum

  • Lul 04, 2013 16:06
  • Miktub minn

    It-Tnejn, 7 ta’ Lulju 2008

    Għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħodu, Simon Bugeja jitlaq mill-port ta’ Marsaxlokk għal sajda fuq il-bastiment tiegħu Simshar, imsemmi għalih u għal martu Sharin. Miegħu fuq il-bastiment hemm missieru Karmenu ta’ 61 sena, ibnu Theo ta’ 11-il sena, Noel Carabott ta’ 33 sena u s-Somalu Abdulrahman Abdalla Gedi ta’ 21 sena.

    L-Erbgħa, 9 ta’ Lulju 2008

    Simon Bugeja jibgħat messaġġ lil martu biex jitlobha r-rapport tat-temp minn Lampedusa. Hi tgħaddilu r-rapport u tistaqsih jekk Theo hux qed jieħu gost.

    Il-Ħamis, 10 ta’ Lulju 2008

    Ftit qabel it-8.15pm jintbagħat l-aħħar sinjal minn fuq is-Simshar li jindika l-pożizzjoni tal-bastiment.

    Il-Ġimgħa, 11 ta’ Lulju 2008

    Is-Simshar hu mistenni jidħol lura Marsaxlokk iżda, skont ma jirrakkonta Simon Bugeja aktar tard, għall-ħabta tas-1.00pm isseħħ splużjoni fuqu. Il-bastiment jitfarrak biċċiet u n-nies ta’ fuqu jispiċċaw il-baħar.

    Is-Sibt, 12 ta’ Lulju 2008

    Sharin Bugeja tirrapporta s-Simshar nieqes fis-7.20pm. Kwarta wara tibda tfittxija għall-bastiment mill-Forzi Armati ta’ Malta.

    It-Tlieta, 14 ta’ Lulju 2008

    Bastiment tal-qawwa navali Taljana kif ukoll diversi sajjieda Xlukkajri bil-bastimenti tagħhom jingħaqdu fit-tfittxija għas-Simshar.

    Il-Ħamis, 17 ta’ Lulju 2008

    Sajjieda fuq il-bastiment tas-sajd Laura II isibu l-kadavru ta’ Noel Carabott.

    Il-Ġimgħa, 18 ta’ Lulju 2008

    Minn helicopter tal-Forzi Armati ta’ Malta jintlemaħ il-kadavru ta’ Karmenu Bugeja. Ftit wara, fit-7.50pm, is-sajjieda fuq il-bastiment tas-sajd Grecale jsibu lil Simon Bugeja ħaj, għalkemm qed jilgħabha mal-mewt. Huwa jgħid li ibnu Theo miet il-jum ta’ qabel iżda żelaqlu minn idejh u ma setax iżomm il-kadavru tiegħu fil-wiċċ.

    Is-Sibt, 19 ta’ Lulju 2008

    Il-Grecale jsib ukoll il-kadavru ta’ Abdulrahman Abdalla Gedi.

    It-Tnejn, 21 ta’ Lulju 2008

    Tkompli t-tfittxija għal Theo Bugeja.

    Il-Ħamis, 24 ta’ Lulju 2008

    Il-Ministru Austin Gatt jaħtar lill-Avukat Anne Fenech biex tmexxi investigazzjoni preliminari dwar il-każ u tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tagħha.

    Il-Ġimgħa, 25 ta’ Lulju 2008

    Xi sajjieda jikru ajruplan privat biex ifittxu lil Theo mill-ajru huma wkoll.

    It-Tnejn, 28 ta’ Lulju 2008

    It-tfajjel jibqa’ ma jinstabx u t-tfittxijiet jieqfu.

    Il-Ġimgħa, 30 ta’ Lulju 2008

    Isir il-funeral ta’ Noel Carabott fil-knisja parrokkjali ta’ Marsaxlokk.

    Il-Ħamis, 31 ta’ Lulju 2008

    Isir il-funeral ta’ Karmenu Bugeja f’Marsaxlokk ukoll.

    Il-Ġimgħa, 1 ta’ Awwissu 2008

    Isir il-funeral ta’ Abdulrahman Abdalla Gedi.

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0