Koppja fil-mira ta' kritika kbira wara “ritratti perikolużi” għal fuq Instagram

  • Set 09, 2019 13:52
  • Miktub minn iNews
"

    Koppja avventuruża sfat ikkritikata bl-aħrax wara li ħadu ritratt mill-aktar perikoluż biex ikunu jistgħu jippubblikawh fuq il-profil tagħhom ta’ Instagram.

    Il-bloggers tal-ivvjaġġar Kelly Castille, ta’ 33 sena, u Kody Workman ta’ 32 sena, ippużaw għar-ritratt bit-tfajla tidher tixxabbat b’sieq biss isserraħ mal-ġenb ta’ rdum li tagħti fuq il-laguna Humantay fil-Peru. It-tfajla kienet qed iżżomm mal-maħbub tagħha biex ma taqax.

    Ir-ritratt kien ippubblikat nhar id-29 ta’ Awwissu li għadda.

    Din mhux l-unika darba li l-koppja kienet spiċċat fil-mira ta’ kritika. F’April li għadda l-koppja kienet ippubblikat ritratt tat-tfajla tixxabbat mal-ġenb ta’ infinity pool waqt li anke f’dan il-każ kienet qed tinżamm mill-għarus tagħha milli taqa’ mill-għoli.

    Intant il-koppja ddefendiet lilha nfisha mill-kritika fil-konfront tagħha u qalet li m’għamlet xejn ħażin. Kelly saħansitra qalet li ma kinitx qed tħossha beżgħana waqt li kien qed jinġibed ir-ritratt, u għandha kull fiduċja fih.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0