Ftehim bejn Abante u MAPFRE biex joffru servizz ta’ avviż finanzjarju lill-klijenti tagħhom

  • Set 09, 2019 20:03
  • Miktub minn iNews
"

    Il-grupp ta 'assigurazzjoni jżomm 10% tal-kapital tal-kumpanija indipendenti, bil-possibbiltà li din tiżdied għal 20% fi tliet snin

    Il-Kumpaniji Abante u MAPFRE ffirmaw ftehim strateġiku biex tinħoloq pjattaforma indipendenti li toffri konsulenza finanzjarja, u għad-distribuzzjoni tal-aktar prodotti kompetittivi fis-suq Spanjol. B’hekk, il-Grupp MAPFRE se jkollu sehem ta’ 10% tal-Grupp Abante u jista’ jagħżel li jakkwista sa massimu ta’ 20% f’perjodu ta’ tliet snin. 

    Din l-alleanza se tippermetti lil Abante biex jiżvillupa is-servizz konsultattiv jittejjeb permezz ta’ riżorsi addizzjonali u l-kapaċitajiet ta’ grupp stabbilit, filwaqt li xorta jkun qed iżomm l-indipendenza tiegħu. B’hekk il-grupp MAPFRE se jkun qed jipparteċipa fis-suq bankarju privat u jibqa prominenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-immaniġjar tal-assi.

    Bħala sieħeb strateġiku ta’ Abante, MAPFRE se jkun qed jinkorpora prodotti u soluzzjonijiet tal-assigurazzjoni mas-servizzi ta’ konsulenza finanzjarja u ippjanar finanzjarju. Huwa pjanat ukoll li jkunu żviluppati prodotti ġodda li joffru soluzzjonijiet għall-isfidi finanzjarji kurrenti.

    Iż-żewġ kumpaniji se jaħdmu flimkien biex joħolqu u jmexxu prodotti finanzjarji kemm tradizzjonali u ġodda, kif ukoll alternattivi bħal propjetà immobbli, kapital u oħrajn, li kapaċi jattrataw kemm individwi kif ukoll isituzzjonijiet. Ir-rizorsi kkontribwiti minn MAPFRE se jkunu qed jiffaċilitaw l-investiment meħtieġ biex jiġi żvillupat id-diġitalizzazzjoni tas-servizz ta' konsulenza finanzjarja.  Tranżazzjonijiet korporattivi fis-suq finanzjarju Spanjol u internazzjonali, u operazzjonijiet fl-Amerika Latina, fejn MAPFRE topera, se jiġu kkunsidrati wkoll. 

    Il-President u l-Kap Eżekkutiv ta’ MAPFRE Antonio Huertas qal li dan huwa ftehim sinifikanti li jżid l-enfasi fuq l-istrateġija tal-Grupp f’dak li għandu x’jaqsam mall-immaniġġjar tal-assi. “Li tgħaqqad forzi ma sieħeb presitġjuż bħal Abante, li għandu esperjenza tant twila f’dan is-settur, ikompli jgħin biex insiru mexxejja indipendenti f’dan is-settur u b’hekk nkunu kapaċi nikkompetu fid-distribuzzjoni ta’ prodotti finanzjarji bl-istess mod bħal kull istituzzjoni finanzjarja jew bank privat ieħor, ”hu qal.

    Il-President ta; Abante, Santiago Satrústegui, qal li “l-isħubija ma’ MAPFRE hija opportunità enormi għal Abante, li tirrinforza l-istruttura kapitali tagħna u tippermettilna ninvestu aktar u niżviluppaw prodotti ġodda li kienu jkunu diffiċli nagħmlu mingħajrhom. Il-ftehim ifisser li nżommu l-indipendenza tagħna fir-rigward tal-kapital u l-immaniġġjar tal-kumpanija u se nżommu l-identità, il-marka tagħna u l-valuri tagħna,” hu qal.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0