20 multa f'ġimgħa għal rimi illegali ta' skart f'San Ġwann … “Wasal iż-żmien li nibdew ninforzaw il-liġijiet ambjentali”

  • Set 09, 2019 20:17
  • Miktub minn iNews
"

    “Wasal iż-żmien li nibdew ninforzaw il-liġijiet ambjentali tagħna.” Hekk saħaq is-Sindku għal-lokalità ta’ San Ġwann, Trevor Fenech, filwaqt li saħaq li matul il-ġimgħa li għaddiet b’kollox inħarġu 20 multa lil individwi minn gwardjani lokali pajżana.

    Filwaqt li emfasizza li huwa illegali li wieħed iħalli skart viċin bring-in sites jew f’żoni oħrajn, Fenech esprima t-tama tiegħu li dan ir-rimi illegali jieqaf biex il-lokalità ta’ San Ġwann issir dejjem aktar nadifa.

    Huwa żied jgħid li l-lokalità toffri servizz ta’ ġbir ta’ skart goff, ġbir tal-borża s-sewda u skart organiku tliet darbiet fil-ġimgħa, bi skart riċiklabbli li jinġabar darbtejn fil-ġimgħa. Dan apparti 17-il sit ta’ iBins u ‘Weee trolly’ għal ġbir ta’ tagħmir elettroniku żgħir fi ħdan il-kunsill.

    Filwaqt li appella lin-nies biex tgħin biex il-lokalità tinżamm nadifa, huwa temm jgħid li l-infurzar tal-liġi se jkun qed ikompli.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0