F’dinja fejn l-isfidi kumplessi qed isiru kbar wisq biex ikunu indirizzati minn dixxiplina waħda, co-designing tippreżenta approċċ innovattiv kif organizzazzjonijiet jistgħu jindirizzaw problemi, jiżviluppaw modi li jistgħu jitħaddmu biex itejbu l-esperjenzi preżenti tagħhom u joħolqu soluzzjonijiet ġodda. Din se tkun it-tema prinċipali ta’ sessjoni Co-Design li se ssir fil-Malta Innovation Hub ibbażata fil-Malta Life Sciences Park fl-10 ta’ Ottubru fit-08:30 ta’ filgħodu.
Organizzata minn ENISIE Project, progett iffinanzjat minn INTERREG Italia – Malta Programme, is-sessjoni tagħmel parti mill-attivita’ marbuta mal-Malta Innovation Summit 2019. Din is-sessjoni ta’ ġurnata hi maħsuba b’mod speċjali għall-Mentors ta’ Start-ups, Amministraturi ta’ Hubs u Impriżi Soċjali, u Rappreżentanti ta’ Social Innovation Hubs.
Is-sessjoni se tkun qed titmexxa minn Tatiana Glad, fundatriċi u direttriċi ta’ Impact Hub Amsterdam, u se tkun qed taqsam l-esperjenza internazzjonali tagħħa u tagħti ħarsa lejn x’inhuma l-fatturi ewlenin li jrawmu innovazzjoni soċjali, l-intraprenditorija, it-tkabbir tal-komunità u l-impatt soċjali pożittiv.
Glad qalet, “Mill-esperjenza tiegħi, l-ispazji li għandhom l-għan li jkunu ġenerattivi għall-konessjoni umana u għall-intraprenditorija huma aktar b’saħħithom jekk ikunu maħluqa mill-komunità li tgħix fihom. Il-workshop interattiv tagħna se jgħinek tiżviluppa proċess ta’ co-design maħsub biex iqanqal il-kreattività u l-kurżità tal-utenti biex isawru l-ambjent tax-xogħol tagħhom stess.”
Filwaqt li l-attendenza hi bla ħlas, l-organizzazzjonijiet u l-individwi għandhom jirreġistraw l-interess tagħhom billi jibagħtu email lil Diana Spiteri - dspiteri@iurismalta.com, bit-titlu tas-suġġett: ENISIE Co-Design Session 10 October 2019.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.