Raġel Norveġiż residenti Kerċem Għawdex, ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li nhar is-16 ta’ Awwissu 2019 għall-ħabta tas-1.00 a.m., ġewwa Triq l-Imġarr Għajnsielem, Għawdex, saq vettura b’mod traskurat, perikoluż u negliġenti u kkaġuna l-mewt ta’ mara ta’ 41 sena residenti s-Swieqi u talli fl-istess data, ħin, lok u ċirkostanzi kkaġuna ġrieħi gravi fuq Amerikan ta’ 47 sena residenti s-Swieqi, fuq Ġermaniż ta’ 51 sena residenti x-Xagħra Għawdex u fuq żewġ subien ta’ 9 snin u 14-il sena residenti n-Nadur Għawdex.
Ir-raġel ta’ 43 sena ġie akkużat ukoll talli kkaġuna ġrieħi ta’ natura ħafifa fuq mara mill-Kanada ta’ 45 sena, fuq tifel ta’ 12-il sena u fuq raġel ta’ 36 sena residenti n-Nadur Għawdex minħabba li saq b’mod negligenti, traskurat u perikoluz.
In-Norveġiż ġie akkużat ukoll talli saq taħt l-effett tax-xorb,u talli qabeż il-limitu ta’ veloċità kif tippermetti l-liġi u talli kkawża ħsarat fuq vettura oħra għad-danni ta’ terza persuna.
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u bil-MaġistratP.Coppinijagħtih il-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet tal-Qorti.
Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur J. Gauci.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.