[FILMAT] “Meta kont żgħir sibt min jgħinni… issa nħobb ngħin lin-nies” - Roberto Carlos

  • Set 12, 2019 08:56
  • Miktub minn Claudio Coleiro
"

    L-eks stilla tal-futbol Brażiljan, Roberto Carlos, stqarr li meta kien żgħir huwa sab min jgħinu u issa, huwa qiegħed jagħmel l-istess billi qed jgħin lil dawk l-aktar fil-bżonn.

    “Ili mill-1988 nipprova ngħin lil kulħadd… fi sptarijiet u anke f’orfanatrofji fost oħrajn. Hija xi ħaġa li tinsab f’qalbi u ġġibli ferħ kbir,” tenna l-eks difensur ta’ Real Madrid u tat-tim nazzjonali Brażiljan meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet li sarulu minn inewsmalta. Huwa kompla billi qal: “irrid nirringrazzja lill-familja tiegħi kollha għaliex grazzi għalihom li kelli tant suċċessi bħala plejer.”

    Roberto Carlos għadda dawn il-kummenti f’konferenza stampa li saret ilbieraħ ġewwa l-Marsa Sports Grounds, il-post fejn se tkun qiegħda ssir il-maratona ta’ 60 siegħa football u volleyball b’risq Puttinu Cares fi tmiem din il-ġimgħa.

    Fil-kummenti tiegħu, Roberto Carlos stqarr li jinsab kuntent ħafna li ġie magħżul bħala l-ambaxxatur tal-kumpanija LUCKY.io li hija bbażata f’San Ġiljan, u kif ukoll li qiegħed jipparteċipa f’attivitajiet bħal dawn. 

    Huwa qal li kienet l-ewwel darba li żar Malta u jittama li jerġa’ jżur lil pajjiżna biex ikun jista’ jara l-gżejjer Maltin aħjar. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0