Nefqa ta’ €700,000 fid-djar residenzjali tal-anzjani

  • Set 12, 2019 12:46
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis ħabbar li din is-sena mistenni li tintlaħaq is-somma ta’ €700,000 f’investiment fid-djar residenzjali.

    Waqt konferenza fid-dar residenzjali fil-Mosta, Anthony Aguis Decelis ħabbar li sar investiment biex jinxtraw diversi sodod ġodda li huma attrezzati biex joffru aktar kumdità lill-anzjani u jiffaċilitaw ix-xogħol ta’ diversi ħaddiema fis-settur, fosthom tal-carers. 

    Is-Segretarju Parlamentari spjega li din in-nefqa ta’ €265,000 hi parti minn somma akbar ta’ €700,000 f’investimenti li saru f’diversi djar residenzjali madwar Malta u Għawdex. Fost l-investiment li sar, Anthony Agius Decelis semma li kien hemm “nefqa ta’ €90,000 f’nurse call ġdida f’Żejtun Home, inawgurazzjoni ta’ salon tas-sbuħija ġdid fl-Imtarfa, saħħaħna l-WIFI, ipprovdejna s-safes għal min xtaq u għamilna manutenzjoni fl-ACs.” 

    Il-Kap Eżekuttiv tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità Dr Renzo Degrabriele spjega li investiment bħal dan tas-sodod ġodda hu essenzjali biex inkomplu ntejbu l-kura tal-anzjani fid-djar residenzjali. Għaldaqstant sa issa ġew imqassma 100 sodda f’diversi djar tal-gvern madwar Malta u se jkunu qed jitqassmu madwar 70 oħra fiż-żmien li ġej sabiex jintlaħqu aktar anzjani. 

    Dawn is-sodod se jitqassmu lil dawk l-anzjani li għandhom dipendenza aktar għolja. Se tinżamm riserva żgħira ta’ sodod biex is-sodda tiġi provduta immedjatament hekk kif tinbidel id-dipendenza tal-anzjan.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0