L-eks-La Paloma Hotel tibdel il-“viżitaturi”?

  • Set 12, 2019 19:49
  • Miktub minn iNews
"

    Dik li kienet il-La Paloma Hotel f'Buġibba mistennija tiġi rranġata u aktarx ma tibqax isservi bħala post li jinkera lill-immigranti.

    Is-sit mistenni jgħaddi għal kollox minn proprjetarji Russi għal dawk Maltin bil-ħsieb jidher li huwa dak li terġa' sservi ta' post ta' akkomodazzjoni turistika.

    L-eks-lukanda spiċċat fl-aħbarijiet matul ix-xahar li għadda wara r-rejd li sar mill-Pulizija li fih ġew arrestati għexieren ta' immigranti li ġew meħlusa wara li rriżulta li kellhom il-permessi neċessarji joqgħodu Malta.

    Il-każ spiċċa fil-Qorti wara li d-Dipartiment għas-Servizzi tas-Saħħa ordna l-għeluq tal-post għal raġunijiet sanitarji.

    Dan il-ġurnal jinsab infurmat li minn dakinhar 'il hawn ir-raġel li qed jirrappreżenta lis-sidien Russi rranġa partijiet mill-post.

    Fost oħrajn sar xogħol ta' żebgħa fis-sit, ġew irranġati katusi li minnhom jgħaddi d-drenaġġ u anke nġiebet kumpanija tal-'pest control' biex tisprejja l-binja.

    Is-sid qed jinsisti li mhux tort tiegħu jekk partijiet mill-post inżammu fi stat ħażin u li huwa għamel dak li seta biex dan iseħħ.

    Persuna qrib is-sid nsistiet li mhux tort tiegħu jekk ikun hemm inkwilini li jżommu l-kamra tagħhom fi stat diżorganizzat jew maħmuġ.

    Hija qaltilna li lanqas mhu tort tiegħu jekk minflok in-numru ta' nies miftehma biex jgħixu fihom fil-kmamar jiddaħħlu oħrajn ħalli l-kera tinqasam fuq aktar persuni.

    Għalkemm fil-mezzi tax-xandir deher li fil-post qed jgħixu biss nies ta' karnaġġjon skur u adulti dan il-ġurnal jinsab infurmat minn terzi li hemm anke persuni Ewropej, inkluż familji bit-tfal, li qed joqogħdu fih.

    Sors ieħor li tkellem magħna dwar dan il-każ qajjem dubji kemm verament min irrapporta lill-awtoritajiet għamel dan għal raġuni ta' sigurta.

    Din l-istess sors żiedet tgħidilna li aktar taħseb li r-rapport sar minn xi ħadd li seta xeba' minħabba l-ammont ta' persuni ta' karnaġġjon skur li hemm jgħixu fih milli għal raġunijiet ta' saħħa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0