Għall-ewwel darba gwardjani tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi jingħataw midalji għal servizz twil u effiċjenti

  • Set 12, 2019 20:20
  • Miktub minn iNews
"

     Għall-ewwel darba, 42-il gwardjan tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi ġew rikonoxxuti b’midalji għal servizz twil u effiċjenti f’ċerimonja li saret fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Il-42-il uffiċjal, disgħa minnhom nisa rċievew dawn il-medalji wara 18-il sena ta’ servizz. Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia u d-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi l-Kurunell Alex Dalli, flimkien mal-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar u uffiċjali tal-Faċilità. 

    Fid-diskors tiegħu l-Ministru Michael Farrugia qal li l-iktar haġa importanti hi li l-korpi dixxiplinati jaħdmu flimkien bħala tim u jaħdmu b’mod koordinat għal kull ċirkustanza li tista’ tinqala. Il-korpi dixxiplinati kollha għandhom l-għażla li jieħdu l-pensjoni wara 25 sena ta’ servizz jew ikomplu jagħtu s-servizz tagħhom. Il-Ministru Michael Farrugia ħabbar li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet dwar x’inċentivi jistgħu jingħataw sabiex il-membri tal-korpi dixxiplinati iservu u b’hekk l-istat ma jitlifx persuni ta’ esperjenza. 

    Il-Ministru Michael Farrugia saħaq li d-diskussjonijiet rigward il-ftehim kollettiv għall-membri tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi mexjin ġmielhom. Huwa qal li wara li membri tal-korpi dixxiplinati ngħataw id-dritt li jkunu rrappreżentanti minn union tal-għażla tagħhom, il-ftehim kollettiv li se jkunu qed igawdu minnu, mhux xi ħaġa li se tkun imposta minnhom bħal ma’ kien jiġri fl-antik, imma r-rappreżentanti tagħhom stess qed jirrapreżentawhom fuq il-mejda tat-taħdidiet.

    Il-Ministru semma diversi benefiċċji li ngħataw lill-membri tal-korpi dixxiplinati u li qabel ħadd qatt ma ħaseb li setgħu jieħduhom. Apparti, id-dritt li jissieħbu f’union, il-membri tal-korpi dixxiplinati ingħataw skema ta’ assigurazzjoni jekk issofru xi diżabilità waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. B’hekk twettqet wegħda oħra elettorali. Il-Ministru assigura lill-membri tal-Aġenzija li ħa jkompli jaħdem sabiex dak li kien jintqal li hu impossibli, jagħmlu possibli.

    Il-Ministru Michael Farrugia rringrazzja lill-ħaddiema tal-Aġenzija għas-Servizz Korrettivi u qalilhom li huma jagħmlu parti mill-istorja fejn għall-ewwel darba ser ikunu qed jingħataw medalja għas-servizz tagħhom bħala rikonoxximent għat-tul ta’ servizz, kif ukoll għall-imġiba tagħhom. 

    Id-Direttur Ġenerali Dalli qal li l-gwardjani tal-Aġenzija jaħdmu fis-skiet u jaħdmu flimkien biex jaqdu lill-pajjiż. Id-Direttur Ġenerali rringrazzjahom tax-xogħol li jwettqu ta’ kuljum u li flimkien qed jiksbu riżultati pożittivi. Huwa inkoraġġiehom sabiex ikomplu jaħdmu u saħaq li din ċ-ċerimonja hija okkażjoni biex tiġi rikonoxxuta l-ħidma li huma jwettqu.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0