Ugwaljanza għal kulħadd u f’kull aspett

  • Set 12, 2019 20:43
  • Miktub minn iNews
"

    Hekk kif din il-ġimgħa pajjiżna ħa jkun qed jiċċelebra ‘Malta Pride Week’, il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza ħa l-inizjattiva li jitwaħħlu strixxuni mal-faċċata tal-istess ministeru. Din l-inizjattiva tawgura tajjeb biex inkomplu niċċelebraw l-ugwaljanza u d-diversità. 

    Pajjiżna kiseb diversi suċċessi fl-aħħar sitt snin kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell Ewropew u internazzjonali, iżda nirrikonoxxu l-fatt li għadna ma wasalniex. Irridu neliminaw l-inugwaljanzi li għadhom jippersistu f’pajjiżna u nifhmu li d- diversità tgħaqqadna filwaqt li l-ugwaljanza ssaħħaħna. 

    Il-Ministru Edward Zammit Lewis jirrikonoxxi x-xogħol tajjeb kollu li sar filwaqt li rridu nkomplu mmexxu ’l quddiem strateġiji u inizjattivi eżistenti biex naċċertaw ruħna li jkollna ugwaljanza sħiħa msejsa fuq l-inklużjoni soċjali u xprunata mill-infurzar effettiv kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0