Investiment qawwi minn Lego... Lego għelbet perjodu negattiv meta fl-2017 esperjenzat tnaqqis fil-bejgħ għall-ewwel darba f’għaxar snin

  • Set 14, 2019 12:50
  • Miktub minn iNews
"

    Lego, il-kumpanija rinomata speċjalment mat-tfal qed jinvesti bis-saħħa f’numru ta’ ħwienet branded kif ukoll fil-kummerċ elettroniku, f’perjodu ta’ sfidi għall-industrija tal-ġugarelli.

    Il-kumpanija ħabbret li sal-aħħar tas-sena se tkun qed titaħ mal-160 ħanut ġdid, żieda ta’ 40% hekk kif il-kumpanija Daniża qed titgħallem mil-lezzjonijiet tal-kollass ta’ Toys R Us u tal-akbar bejjiegħ ta’ ġugarelli fl-pajjiżi Top Toy. Lego, li għadu negozju tal-familja, sar l-akbar produttur ta’ ġugarelli f’termini ta’ bejgħ u profitti hekk kif il-bqija tal-industrija qed issibha bi tqila tlaħħaq il-konfront maż-żieda fil-popolarità tat-tagħmir diġitali.

    Lego għelbet perjodu negattiv meta fl-2017 esperjenzat tnaqqis fil-bejgħ għall-ewwel darba f’għaxar snin. Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-ena, il-kumpanija żiedet id-dħul b’4.4% għal 2.2 biljun dollaru, iżda l-profitti naqsu b’16% wara deċiżjoni tal-kumpanija li żżid sostanzjalment l-investiment. Il-kumpanija qalet li l-istrateġija tagħha hi mmirata fuq viżibilità akbar mat-tfal ta’ madwar id-dinja u kien għalhekk li qed jiżdiedu n-numru ta’ stabbilimenti.

    L-akbar sforz jidher li qed isir fl-Ażja, hekk kif Lego se jkollha 140 ħanut f’35 belt Ċiniża sal-aħħar tas-sena, filwaqt li l-fruntiera li jmiss hija l-Indja, fejn fi żmien 10 snin, mal-miljun tifel u tifla se jkunu jgħixu f’familji fil-klassi medja. Lego qed tinvesti wkoll f’prodotti li jgħaqqdu flimkien ġugarelli fiżiċi ma’ esperjenzi diġitali kif ukoll fit-titjib tal-park tematiku Legoland.

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0