Ante Rebic ippreżentat minn AC Milan

  • Set 15, 2019 00:00
  • Miktub minn iNews
"

    Fis-sigħat li għaddew ġie ppreżentant l-akkwist il-ġdid ta’ Milan, Ante Rebic. Huwa għandu 25 sena, hu ta’ nazzjonalitaá Kroata u jilgħab bħala attakkant. Hu ġie akkwistat mill-club Rossonero fuq perjodu ta’ self mingħand Eintracht Frankfurt.

    Fl-ewwel kummenti tiegħu Rebic qal li jrid jagħmel xi ħaġa speċjali fil-21 ta’ Settembru. Fil-fatt dakinhar se jkun qed jiċċelebra għeluq sninu iżda fuq kollox hi l-ġurnata tad-derby tant mistenni bejn Milan u Inter. Rebic qal li jixtieq jiskorja f’din il-logħba speċjali u għalih dan ikun rigal mill-aqwa.

    Din se tkun it-tielet esperjenza tiegħu fl-Italja minħabba li lagħab ukoll ma’ Fiorentina u Verona.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0