Hong Kong: Mill-inqas tmien dimostranti jindarbu fi protesti vjolenti … Tlieta minnhom f'kundizzjoni serja

  • Set 15, 2019 17:59
  • Miktub minn iNews
"

    Mill-inqas tmien dimostranti ndarbu meta l-pulizija ta’ kontra l-irvellijiet għamlu użu minn gass tad-dmugħ u kanuni tal-ilma waqt protesta favur id-demokrazija f’Hong Kong. Tlieta minnhom huma deskritti mill-midja lokali bħala li jinsabu f’kundizzjoni serja, bi tnejn oħrajn deskritti li jinsabu f’qagħda stabbli.

    L-aġenzija tal-aħbarijiet AFP irrapportat li għexieren ta’ eluf ta’ persuni niżlu fit-toroq illum mingħajr il-permess tal-pulizija, bil-protesti issa jidħlu fil-15-il ġimgħa.

    Il-vjolenza madankollu faqqgħet hekk kif uħud mid-dimostranti ppruvaw jattakkaw l-kumpless tal-gvern ewlieni tal-belt, fejn dawk preżenti bdew anke jitfgħu molotov cocktails u ġebel fid-direzzjoni tal-kumpless. Dan wassal biex il-pulizija tintervjeni bil-gass tad-dmugħ u l-kanuni tal-ilma.

    Id-dimostranti nġabru wkoll madwar il-konsulat Brittaniku f’Hong Kong, fejn bdew ixejru l-Union Jacku l-bandiera ta’ Hong Kong mill-perjodu kolonjali.

    Ir-Renju Unit ċeda d-dlrittijiet tiegħu fuq Hong Kong liċ-Ċina fl-1997 bil-kundizzjoni li Hong Kong titħalla awtonoma għal 50 sena.

    Il-protesti komplew minkejja li l-Kap Eżekuttiv ta’ Hong Kong, Carrie Lam, irtirat l-abbozz tal-liġi dwar l-estradizzjoni, liema abbozz kien wassal għall-bidu tad-dimostrazzjonijiet.

    Id-dimostranti akkużaw liċ-Ċina li qed isaħħaħ il-kontroll tagħha fuq ir-reġjun u qed tifni d-demokrazija.

    Intant matul ix-xahar li għadda, Beijing saħaq li kriminali qed iqanqlu l-vjolenza fil-belt mgħejjunin minn pajjiżi barranin bħar-Renju Unit u l-Istati Uniti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0