Kampjonat Premier: Gudja U. isalvaw il-partita minn penalty fl-aħħar

  • Set 15, 2019 21:00
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Christine Borg

    Gudja U. .... 1

    Sta Lucia ... 1

    F’partita mill-isbaħ u ferm bilanċjata, Gudja United salvaw punt prezzjuż b’mod drammatiku meta fil-ħin miżjud kisbu l-goal tad-draw permezz ta’ penalty mogħti b’mod impekkabbli minn Carlos Santana Barroso.

    Din il-partita kienet riflessjoni ċara li dawn iż-żewġ timijiet promos­si se jkunu qed joffru oppożizzjoni denja lil kull team li jiltaqgħu miegħu.

    Kien biss fis-27 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota b’Santa Lucia jkunu huma li joħolqu  l-periklu meta free-kick insidjuż tad-difensur Gabriel Mentz Bohrer għadda ftit għoli minn fuq il-lasti difiżi mill-goalkeeper tal-Gudjani, Jonathan Debono.

    Huma komplew jagħfsu u fit-42 minuta fetħu l-iskor  meta KEVIN ANTE ROSE­RO venven ġmiel ta’ xutt minn distanza notevoli li ma ta l-ebda ċans lil Jonathan Debono li jsalva.

    Fil-65 minuta, Santa Lucia tilfu ċans tad-deheb li jirduppjaw l-iskor meta l-attakkant Ġappuniż, Rei Tachikawa, wiċċ imb’wiċċ ma’ Jonathan Debono, permezz ta’ xutt mill-ewwel ma rnexxielux isib il-lasti avversarji hekk kif it-tentattiv tiegħu għadda ftit barra, fejn hawnhekk żgur li huwa seta’ għamel aħjar.

    Gudja United wieġbu fis-67 minuta minn freekick insidjuż fil-baxx tal-player mill-Ghana, Gabriel Mensah, li iżda ġie salvat mingħajr wisq diffikultá mill-goalkeeper tal-Luċjani, Ryan Caruana.

    B’mod gradwali Gudja  United bdew jippressaw għall-goal tad-draw u fit-80 minuta Aidan Jake Friggieri, minn pożizzjoni ideali kellu xutt b’saħħtu kważi minn fuq il-penalty spot salvat bi bravura minn Ryan Caruana.

    U fil-ħin miżjud, Gudja United rebħu penalty meta Camilo Escobar waqqa’ lil Renold Rundell Winchester fil-kaxxa.

    Mill-11-il metru nkariga ruħu CARLOS SANTANA BARROSO li ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt b’saħħtu tefa’ l-ballun naħa u lil Ryan Caruana n-naħa oppasta.

    GUDJA U.: 1-Jonathan Debono, 4-Jonathan Bondin, 5-Zachary Cassar (3-Jurgen Farrugia 77), 7-Aidan Jake Friggieri (20-Peter Paul Sammut 85), 9-Renold Rundell Winchester, 10-Carlos Barroso Santana, 15-Gabriel Mensah, 18-Anderson De Barros, 23-Llywelyn Cremona (22-Hubert Vella 61), 25-Juan Andres Bolanos, 27-Justin Grioli - Coach: Josef Mansueto

    STA LUCIA: 12-Ryan Caruana, 3-Gabriel Mentz Bohrer, 6-David Mendoza, 8-Jamie Magri Overend (22-Jamie Zerafa 58), 10-Maycon De Jesus Santana (20-Omar Elouni 20), 11-Kevin Ante Rosero, 18-Daniel Agius, 19-Farid Zuniga, 24-Camilo Escobar, 88-Rei Tachikawa, 92-Nick Borg (7-Neil Micallef 75) - Coach: Oliver Spiteri

    REFEREE: Emanuel Grech

    ASS. REFEREES:Duncan Sultana, Chris Francalanza

    RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

    SKORERS:K. A. Ribeiro 42 (SL), C. Santana Barroso 90 (G)

    AMMONITI:M. De Jesus Santana, C. Escobar, D. Mendoza (SL), J. Grioli, C. Barroso Santana (G)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Kevin Ante Rosero (SL)

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0