Ir-Renju Unit ma jistax jonora l-iskadenza imposta mill-UE għal Brexit

  • Set 19, 2019 17:35
  • Miktub minn iNews
"

    L-Unjoni Ewropea qed tissottometti lir-Renju Unit għal test li ma tistax twettaq, wara li Brussell qed jisħaq li r-Renju Unit jippreżenta miżuri ġodda fir-rigward tal-fruntiera tal-Irlanda ta’ Fuq. Dan qalu s-Segretarju għal Brexit Stephen Barclay (ritratt).

    Barclay min-naħa l-oħra qal li r-Renju Unit għandu jingħata sena ċans biex tkun tista’ ssib soluzzjoni għal din il-kwistjoni.

    “Intqalilna li r-Renju Unit għandu jipprovdi dokument legali operattiv sal-aħħar tax-xahar ta’ Ottubru,” sostna l-Ministru f’diskors li għamel f’Madrid aktar kmieni llum.

    Tenna li “l-UE qed tinsisti fuq test li r-Renju Unit ma tistax twettaq u li l-Parlament Brittaniku rrifjuta tliet darbiet”.

    Ir-Renju Unit għad irid jilqa’ t-talbiet tal-UE li jipproponi alternattivi konkreti għas-sitwazzjoni tal-fruntiera Irlandiża.

    Id-data ta’ Diċembru 2020 li għaliha għamel referenza Barclay hija t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni li kienet negozjata minn Theresa May. Madankollu l-UE konsistentement saħqet li ladarba ma jkunx approvat il-ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-blokk Ewropew, allura ma jistax ikun hemm perjodu ta’ tranżizzjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0