Il-Prim Ministru Kanadiż f'kontroversja minħabba ritratti tal-passat

  • Set 20, 2019 09:08
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Prim Ministru tal-Kanada Justin Trudeau għamel apoloġija talli kien “żeba’ wiċċu kannella” bi rtokk waqt festin tal-iskola fejn kien jgħallem għoxrin sena ilu. 

    Ritratt mill-yearbook tal- 2001, li spiċċa f’idejn Time Magazine, juri lil Trudeau bi rtokk li jissimbolizza ġilda skura f’West Point Grey Academy. Meta kkonfrontat mill-ġurnalisti dwar dan ir-ritratt, Trudeau qal li hu jiddispjaċih ħafna ta’ dak li għamel u jmissu qatt ma għamel xi ħaġa hekk. Fil-preżent il-Prim Ministru għaddej bil-kampanja għall- elezzjoni tal-21 ta’ Ottubru. 

    Trudeau, li huwa t-tifel tal-eks-Prim Ministru Pierre Trudeau, kien jgħallem fl-iskola privata ta’ Vancouver. Dan ir-ritratt huwa politikament imbarazzanti għall-Prim Ministru minħabba li waqt il-kampanja tiegħu hu tkellem ħafna dwar miżuri progressivi. 

    Meta kien qiegħed jitkellem mal-ġurnalisti, wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-ritratt, Trudeau qal li hu kien libes il-kostum ta’ Aladdin waqt gala li kellha t-tema ta’ Lejliet Għarab. Huwa qal li jerfa’ r-responsabiltà tad-deċiżjoni li kien ħa u saħaq li hu qatt ma jmissu wettaq dak li wettaq. Huwa tenna li dakinhar ma kienx irrealizza li ħaġa bħal din hi razzista, iżda llum jinduna li kien żbaljat u qal li jiddispjaċih ħafna ta’ dan. 

    Wara li aktar ritratti tiegħu b'wiċċu miżbugħ, il-Prim Ministru qal li ma jiftakarx kemm-il darba ġrat li hu deher hekk.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0