“Il-mużika hija l-aħjar passaport biex inwasslu t-talent artistiku”

  • Set 20, 2019 11:45
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici flimkien ma’ Kunsill Malti għall-Arti nedew l-inizjattiva “Ħuġġieġa” mfassla mill-banda lokali 12th May and Social club, kunċert li se jittella’ nhar is-Sibt 16 ta’ Novembru fis-Sala Sir Temi Zammit fl-Università ta’ Malta. 

    L-għan ta’ din l-inizjattiva hija li toffri ripertorju mużikali differenti b’innovazzjoni biex mhux biss tkabbar l-istima tal-bandisti Maltin iżda ukoll li jinkorporaw it-tradizzjoni Maltija ma’ temi aktar kontemporanji. 

    Il-ħsieb wara “Ħuġġieġa” bit-tema tan-nar mhuwiex biss b’mod ta’ kif jesprimu ħsibijiethom iżda ukoll bil-għan li n-nar jiġi nterpretat b’modi differenti fosthom; imħabba, persevanza, kuraġġ u passjoni. U dawn, b’mod konklużiv, jirrappreżentaw kemm il-membri tas-soċjetà kif ukoll il-ħidma kontinwa tagħha. 

    Il-Ministru Bonnici stqarr li din l-inizjattiva hija pass importanti fix-xena mużikali u wera’ apprezzament lejn l-involviment tal-volontarjat speċjalment ta’ din is-soċjetà li jieħdu l-ħin minn mal-familja tagħhom biex joħolqu xi ħaġa maestuża u li tolqot lin-nies. 

    “Il-mużika hija l-aħjar passaport biex inwasslu t-talent artistiku lin-nies”, stqarr Owen Bonnici filwaqt li spjega li s-soċjetajiet mużikali m’għandhomx ikunu restritti biss ġewwa l-kategorija ta’ ‘tradizzjoni Maltija’ iżda għandha timxi id f’id mal-innovazzjoni għal prodott finali superjuri.

    Marianne Cauchi, id-direttriċi ta’ Kunsill Malti għall-Arti, stqarret, “aħna bħala kunsill nilqgħu bi sħiħ din l-inizjattiva u għalina jispikka għaliex huwa xempju ta’ kif jistgħu jintlaħqu diversi għanjiet. Huwa importanti ħafna għas-soċjetà li nsaħħu t-tradizzjonijiet tagħna l-Maltin filwaqt li noħolqu prodott kontemporanju b’setturi differenti, kemm viżwali kif ukoll bil-mużika.”

    Hija qalet ukoll li minkejja li l-istrateġija tal-kunsill “Oħloq Oħlom” mis-sena 2020 se tiġi evalwata u tingħalaq tul is-sena li ġejja se tkun qiegħda titfassal strateġija ġdida li se tagħti importanza lill-ideat bħal dawn. 

    Fl-aħħar huwa temm billi ħeġġeġ lil kull soċjetà mużikali Maltija biex ikomplu jaħdmu u jistinkaw biex jilħqu l-miri tagħhom.

    It-12th May Band and Social Club, li ilha miftuħa għal dawn l-aħħar 58 sena,  hija soċjetà mużikali b’kumitat eżekuttiv flimkien ma sotto kumitati; tan-nisa, taż-żgħażagħ, tal-bandisti, tal-armar u tal-ġbir. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0