[FILMAT] Jiddaħħlu 265 immigrant ieħor f'Malta … MSF: “Tal-mistħija d-deċiżjoni li ma ttiħdux l-immigranti kollha”

  • Set 21, 2019 08:52
  • Miktub minn iNews
"

    Kmieni dalgħodu iddaħħlu Malta 265 immigrant. Dan wassal biex f’temp ta’ ġimgħa n-numru ta’ immigranti li ddaħħlu Malta issa tela’ għal 459.

    Jidher li 229 immigrant ġew salvati direttament mill-Forzi Armati ta’ Malta fi tliet operazzjonijiet separati. Dan filwaqt li 36 immigrant ieħor ġew trasferiti fuq patrol boat tal-FAM mill-vapur Ocean Viking li kien salvahom nhar il-Ġimgħa li għadda.

    Dan filwaqt li 182 immigrnt ieħor li kienu ġew salvati mill-Ocean Viking waqt operazzjonijiet ta’ salvataġġ separati ma ġewx trasferiti lejn Malta.

    Intant l-organizzazzjoni Medecins Sans Frontieres li fost l-immigranti li tħallew abbord l-Ocean Viking kien hemm tarbija tat-twelid, tfal u mara tqila. Hija ddeskriviet bħala tal-mistħija d-deċiżjoni li dawn ukoll ma jitħallewx jiddaħħlu Malta. MSF qalet li l-immigranti kienu ħarbu mil-LIbja.

    FILMAT: Medecins Sans Frontieres

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0