Mexxej għandu jaħrab it-tentazzjoni li jabbuża mill-awtorità għal gwadann personali, profitt jew vantaġġ tiegħu

  • Set 21, 2019 11:24
  • Miktub minn iNews
"

    Kif għamel f’okkażjonijiet passati, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, tkellem dwar kif għandu jimxi mexxej politiku. Huwa qal li mexxej huwa msejjaħ biex jiddedika ħajtu għall-ġid tal-oħrajn u jaħrab kull tentazzjoni li jabbuża mill-awtorità li għandu, għall-gwadann personali, għall-profitt jew għall-vantaġġ tiegħu.

    Fl-Omelija waqt quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-55 anniversarju mill-Indipendenza, Mons. Scicluna spjega li mexxej politiku għandu s-sejħa li bir-riedni tal-Istat f’idejh, ikun ta’ servizz lejn is-soċjetà u l-promozzjoni tal-ġid komuni. Fi kliem l-Arċisqof, huwa wkoll il-qaddej li jiggarantixxi u jġib ‘il quddiem l-ordni, l-istabbiltà u l-paċi.

    L-Arċisqof kompla jgħid li biex mexxej jaqdi s-sejħa bl-aħjar mod li jista’, jeħtieġ li jkollu sens san ta’ distakk, ħelsien intern u psikoloġiku, u l-umiltà li jaffaċċja l-kuntrarju u l-fallimenti. Dan meta l-affarijiet ma jmorrux skont il-pjan jew meta jkun hemm bżonn deċiżjonijiet skont il-kuxjenza, li jkunu ibsin u li għalihom ikun irid jitħallas prezz politiku għoli.

    Emfasizza li aspett importanti ieħor tas-sejħa tal-mexxej huwa r-responsabbiltà għal għemilu jew il-kontabbiltà u li dan ikun ifisser li t-tmexxija tkun suġġetta għall-iskrutinju tal-pubbliku.

    Qal li f’demokrazija ta’ vera, il-mexxej jaf tajjeb li jrid jagħti kont lill-poplu li jservi, kemm mill-aspett politiku kif ukoll minn dak legali. Sostna li mexxej iħaddan il-politika bħala servizz lejn il-ġid komuni u jirrispetta l-fatt li hu mhuwiex ‘il fuq mil-liġi.

    Tkellem fuq il-problema tal-immigrazzjoni u qal li għalkemm bir-raġun nippretendu li pajjiżi Ewropej oħra jaqsmu magħna r-responsabbiltà għall-influss tal-immigranti, għandna d-dover li nibqgħu nippromwovu l-ħakma tad-dritt, ir-rispett sħiħ tad-drittijiet umani u l-ħarsien tal-komunità dinjija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0