Delia jisħaq li l-Gvern tilef kull boxxla soċjali u jisħaq li l-PN irid imur lura għall-għeruq tiegħu

  • Set 21, 2019 13:04
  • Miktub minn iNews
"

    “Il-PN irid imur lura għall-għeruq tiegħu.” Hekk saħaq il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia f’intervista aktar kmieni llum. Delia saħaq li l-PN irid li jkun aktar viċin in-nies. “Qegħdin fil-politika mhux biex nieħdu, iżda biex inservu”.

    Filwaqt li attakka lill-Gvern u ddeskrivih bħala gvern li ma jippjanax fit-tul, huwa staqsa x’irridu fil-futur ta’ pajjiżna, jekk irridux li “jkompli jinfega biż-żieda sproporzjonali tal-popolazzjoni u bl-iżvilupp bla rażan u ħsieb li mhuwiex sostenibbli.”

    Huwa kkritika l-politika mħaddna mill-Gvern fis-settur tal-edukazzjoni fejn qal li meta fi gvernijiet preċedenti kienet qed tinfetaħ skola fis-sena, issa pajjiżna qed isib diffikultajiet serji mil-lat ta’ infrastruttura u anke mil-lat ta’ nuqqas ta’ edukaturi fis-sistema edukattiva.

    Żied jgħid li l-Gvern jeħtieġ li jindirizza l-kwistjoni ta’ persuni f’xifer il-faqar. Tenna li l-Gvern jeħtieġ li jidentifika lil dawk l-aktar fil-bżonn u jagħtihom l-għodod biex ikunu jistgħu jtejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom, tal-familja tagħhom u b’hekk ikunu jistgħu jagħtu kontribut fis-soċjetà.

    Filwaqt li saħaq li “l-Gvern tilef il-boxxla soċjali”, fejn spiċċa jqis lil negozji li jfallu bħala biss numru, il-Partit Nazzjonalista min-naħa l-oħra jrid soċjetà li jimpurtaha.

    Għamel referenza wkoll għas-settur ambjentali, fejn qal li l-Gvern għandu l-obbligu li jeduka lis-soċjetà biex tħares l-ambjent ta’ madwarha u kif id-deċiżjonijiet li jittieħdu jaffettwawh.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0