Tliet irġiel jinżammu fil-kustodja tal-Pulizija wara allegat ħsieb biex jittraffikaw id-droga

  • Set 21, 2019 15:36
  • Miktub minn iNews
"

    Tliet irġiel baqgħu jinżammu fil-kustodja tal-Pulizija wara li llum tressqu l-Qorti mixlijin li kellhom il-ħsieb li jittraffikaw id-droga. Huma ġew arrestati f’rejd li sar mill-Pulizija nhar il-Ħamis li għadda.

    F’din ir-rejd il-Pulizija qabdet mas-seba’ kilogrammi ta’ kannabis.

    Jason Micallef, ta’ 24 sena minn Bormla, Joseph Borg, ta’ 47 sena minn Santa Venera, u Marko Acimovic, Serb ta’ 40 sena, kienu mixlijin li kienu fil-pussess u kellhom il-ħsieb li jittraffikaw id-droga.

    Borg u Acimovic kienu mixlijin ukoll li nstabu fil-pussess tad-droga kokaina. It-tlieta li huma wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjubin fil-konfront tagħhom.

    Il-Proskuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Kevin Puliz, spjega kif il-pulizija kienu qed jinvestigaw is-suspett traffikar ta’ droga, u anke segwew lil tnejn miż-żewġt irġiel sas-Swieqi nhar il-Ħamis li għadda.

    Il-Qorti semgħet kif Borg waqaf barra blokka appartamenti, b’Micallef jidħol u joħroġ ftit wara b’bagalja f’idu.

    Il-Pulizija interveniet hekk kif Micallef reġa’ rikeb mill-ġdid fil-karozza.

    Mit-tiftix tal-Pulizija nstab li l-bagalja kienet qed iġġorr żewġ pakketti kannabis, b’aktar droga tinstab f’appartament is-Swieqi fejn kien joqgħod Acimovic.

    Il-Pulizija rkuprat ukoll maż-żewġ kilogrammi ta’ dik li hija suspettata li hija kannabais mis-sistema taad-drenaġġ wara li s-Serb allegatament ipprova jiddisponi mid-droga hekk kif induna bil-preżenza tal-Pulizija.

    Ma saret l-ebda talba għal ħelsien mill-arrest għaż-żewġ Maltin, filwaqt li ntalab il-ħelsien mill-arrest għal Acimovic minħabba l-fatt li martu tqila u għandu tifel minorreni.

    Madankollu wara li l-Qorti kkunsidrat il-gravità tal-akkużi, u r-riskju ta’ tbagħbis ta’ provi, din it-talba ġiet irrifjutata.

    Il-Qorti laqgħet it-talba tal-Prosekuzzjoni li jiġi ffriżati l-assi kollha tal-akkuati, ħlief għas-somma ta’ €13,982.

    L-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri dehru għal Micallef. L-Avukati Gianluc Caruana Curran u Jacques Grima dehru għal Borg. L-Avukat Joseph Brincat deher għal Acimovic.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0